Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 24 lingwa

Atturi


Min huwa involut fir-reklutaġġ tal-persunal?

  

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)


L-EPSO jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa u l-proċeduri tal-għażla jinkludu: Il-pubblikazzjoni u r-reklamar tal-Avviż tal-Kompetizzjoni, l-organizzazzjoni ta’ diversi testijiet, il-forniment ta' appoġġ amministrattiv, loġistiku u tal-ipproċessar tad-dejta għall-Bords tal-Għażla, u li l-amministrazzjoni tal-listi ta' riżerva. L-EPSO jiżgura wkoll li l-Bords tal-Għażla jimxu b'mod strett mal-proċeduri.

 

Il-Bord tal-Għażla


Kull proċess ta' għażla jkollu l-bord tal-għażla tiegħu stess. Dan ikun responsabbli għall-għażla tal-kandidati f’kull stadju u għas-sura tal-lista finali tal-kandidati li għaddew. Kull bord tal-għażla huwa magħmul minn uffiċjali mill-istituzzjonijiet tal-UE, u jikkonsisti f’membri permanenti (maħtura normalment għal bejn 2 u 4 snin biex jiżguraw konsistenza madwar il-proċeduri tal-għażla) u l-Membri mhux permanenti (maħtura għal proċess tal-għażla partikolari biex iġibu għarfien espert tekniku).

 

L-Istituzzjonijiet Ewropej


Is-servizzi tar-Riżorsi Umani tal-Istituzzjonijiet huma responsabbli mir-reklutaġġ tal-kandidati li jkun irnexxielhom jgħaddu minn xi kompetizzjoni, jiġifieri jimlew postijiet tax-xogħol battala speċifiċi billi jirreklutaw impjegati ġodda mil-listi tal-kandidati mantenuti mill-EPSO. L-Istituzzjonijiet jintervistaw lill-impjegati potenzjali qabel joffrulhom impjieg.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna