Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Netwerk ta' esperti tal-EPSO
In-netwerk ta' esperti tal-EPSO twaqqaf fl-2004. Il-membri tiegħu jirrappreżentaw id-dipartimenti tar-riżorsi umani tal-ministeri barranin jew tal-finanzi rispettivi tagħhom. In-netwerk jiltaqa' darbtejn fis-sena, normalment ippresedut mill-pajjiż li jkollu l-presidenza tal-UE.
In-netwerk hu forum attivi, ta' livell għoli għal diskussjoni trasparenti dwar kwistjonijiet relatati ma':
-
l-għażla tal-kandidati għar-reklutaġġ fl-istituzzjonijiet tal-UE; kif ukoll
-
il-preżentazzjoni tal-innovazzjonijiet fil-ġestjoni tar-riżorsi umani u tal-għażla (ġew mistiedna preżentaturi mis-Segretarjat Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Assoċjazzjoni tar-Reklutaġġ tal-Gradwati tar-Renju Unit, il-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti, organizzazzjonijiet tal-marketing dinjin, professjonisti fit-testijiet onlajn u pijunieri fil-qasam tal-psikoloġija fuq il-post tax-xogħol).







