Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 24 lingwa

Dwar l-EPSO


Ir-rwol tal-EPSO hu li jservi lill-Istituzzjonijiet tal-UE billi jipprovdihom bi proċeduri ta' kwalità għolja għal għażla effiċjenti u effettivi. Dan jippermettilhom jingaġġaw il-persuna xierqa għall-pożizzjoni xierqa fil-mument xieraq.


L-EPSO huwa responsabbli għall-għażla tal-persunal li jaħdem fl-Istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea inklużi l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri, is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-Ombudsman Ewropew.
Wara dan kull Istituzzjoni tkun tista' tagħżel il-persunal fost lista ta' kandidati magħżula mill-EPSO.

L-EPSO nħoloq fis-26 ta' Lulju 2002 u beda jaħdem fl-1 ta' Jannar 2003.

Fl-2008 u wara ħames snin ta' servizz fejn l-EPSO irnexxilu jgħin l-istituzzjonijiet jilqgħu l-isfidi ta' tkabbir bla preċedent fl-2004 u l-2007, in-natura tal-isfidi li kellhom jiffaċċaw ir-Riżorsi Umani tal-istituzzjonijiet kien ifisser li kien mument xieraq biex jimmodernizzaw, ittejbu u jħaffu proċedura tal-għażla skaduta li ftit li xejn inbidlet f'50 sena.

Fuq naħa waħda, fid-deċennju li ġej l-istituzzjonijiet tal-UE se jiffaċċaw sfida bla preċedent fir-Riżorsi Umani hekk kif ġenerazzjoni sħiħa ta' persunal se tirtira - filwaqt li se jieħdu magħhom għejun ta' tagħrif espert u esperjenzi. Min-naħa l-oħra, l-istituzzjonijiet tal-UE se jkollhom jikkompetu effettivament biex jagħżlu l-aqwa persuni biex jeħdulhom posthom f'dik li saret tassew "gwerra għat-talent” fejn l-aqwa gradwati mill-universitajiet tal-Ewropa se jkollhom aktar opportunitajiet ta' karriera internazzjonali minn qatt qabel.

Matul is-snin li ġejjin, l-EPSO irid ikompli jnaqqas il-ħin tal-proċeduri ta' selezzjoni. Dan qed jiġi megħjun mill-proġett reċenti tiegħu Business Process Reengineering li se jiċċara, jissimplifika u jħaffef il-proċessi interni kollha. Barra dan, l-EPSO qed jaħdem mill-qrib mal-Istituzzjonijiet biex itejjeb il-proċess tar-reklutaġġ għal dawk li jgħaddu mill-kompetizzjonijiet miftuħa – biex is-sistema kollha ssir aktar trasparenti u faċli għall-utent.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna