Language selector

Agħżel il-verżjoni b'kuntrast qawwiIssettja l-paġna għal tipa ta' daqs normaliKabbar it-tipa

Din il-paġna hija disponibbli fi 24 lingwa

L-EPSO u l-Programm ta' Żvilupp tal-EPSO


Il-Programm ta' Żvilupp tal-EPSO (EDP)

Programm fit-tul ta' titjib u modernizzazzjoni ibbażat fuq l-aħjar prattika

Huwa dan il-kuntest wiesa' li wassal lill-Bord ta' Ġestjoni tal-EPSO, fejn l-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma rappreżentati, biex japprovaw programm fit-tul ta' titjib u modernizzazzjoni – fil-forma tal-Programm ta' Żvilupp tal-EPSO (EDP) – biex jiżgura li l-EPSO jkun kapaċi jattira u jagħżel il-ġenerazzjoni li jmiss ta' ħaddiema motivati, impenjati u b'ħiliet għolja biex imexxu l-proġett Ewropew 'il quddiem biex l-UE tkun f'pożizzjoni tajba biex twieġeb għall-isfidi kbar fil-ġejjieni. Dawn it-tibdiliet jiffukaw fuq l-għażla tal-persuna t-tajba għax-xogħol adatt, fil-ħin it-tajjeb, fil-post it-tajjeb u bl-ispiża ġusta. Dan il-programm kien ibbażat fuq l-aħjar prattika rikonoxxuta internazzjonalment, waqt li baqa' jimxi mal-prinċipji ewlenin li kienu l-bażi tal-għażla tal-persunal u r-reklutaġġ għal ħafna snin, bħall-għażla abbażi tal-mertu; il-ġustizzja u t-trattament ugwali.

L-EDP huwa bbażat fuq it-tliet pilastri li ġejjin:

Ippjanar u Ħtiġijiet

•  Sabiex il-proċessi ta' għażla jkunu organizzati aħjar abbażi ta' pjanar strateġiku tar-Riżorsi Umani fi sħubija mill-qrib mal-istituzzjonijiet tal-UE. Dan se jitwassal permezz ta' programm ta' kompetizzjonijiet annwali biex jiżgura li l-EPSO jagħżel l-għadd xieraq ta' kandidati adatti li jilħqu l-bżonnijiet tal-istituzzjonijiet;

•  Biex jonqos sew il-ħin għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet miftuħa, li qabel l-eżistenza tal-EDP, kienu jdumu sa sentejn.

Ittestjar u Professjonaliżmu

•  Biex jintużaw l-aħjar prattiki fl-għażla bbażata fuq bidla minn ittestjar tal-għarfien għal ittestjar tal-kompetenza – fi kliem ieħor biex il-kandidati jiġu ttestjati fuq dak li jafu jagħmlu u mhux biss fuq dak li jafu;

• Biex ikun hemm testijiet effiċjenti, affidabbli u ġusti (titjib tar-riżultati u kontenut aktar rilevanti) inkluż raġunament astratt u analiżi tas-sitwazzjoni u testijiet tal-ħiliet professjonali fil-fażi ta' preselezzjoni, u l-introduzzjoni taċ-Ċentri ta' Evalwazzjoni fejn isiru eżerċizzji bbażati fuq il-kompetenza speċifika meħtieġa;

• Biex jiġu provduti testijiet ta' preselezzjoni multilingwi fi 24 lingwa.

Attrattività u Diversità

• Għal riklamar aħjar tal-karrieri eċċitanti u interessanti fl-istituzzjonijiet biex jiġu attirati kandidati b'talenti, motivati ħafna permezz ta' "Propożizzjoni tal-Valur tal-Impjegatur" (Employer Value Proposition) li tispjega għala xogħol fl-UE hu uniku;

• Għal dehra pożittiva tal-impjiegi mal-UE – li tilħaq il-qofol tagħha fid-ditta "Karrieri tal-UE".

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

It-titjib

Aħjar, eħfef, aktar sod u ta' valur għall-flus

L-EDP ġab titjib fl-ippjanar u r-reklutaġġ immirat, huwa stabbilixxa kompetizzjonijiet annwali għall-aktar profili komuni ta' impjieg, b'hekk il-kandidati jkunu jistgħu jippjanaw l-applikazzjonijiet tagħhom b'mod iktar effettiv u għen l-ippjanar strateġiku tar-riżorsi umani tal-istituzzjonijiet tal-UE. Il-kapaċità tal-EPSO biex ilaħħaq mal-għadd ta' kandidati meħtieġa mill-istituzzjonijiet tjieb b'mod drammatiku.

Il-proċedura l-ġdida ssir ukoll iktar malajr u hi aktar effiċjenti, tinvolvi inqas passi mis-sistema preċedenti. Tieħu medja ta' disa' xhur għal kompetizzjoni AD minflok sentejn taħt is-sistema preċedenti.

L-użu tat-teknoloġija ġdida u l-midja soċjali kif ukoll il-kollaborazzjoni mal-gvernijiet nazzjonali biex ixerrdu l-informazzjoni kkontribwew ferm għal iktar effiċjenza u valur għall-flus. Karrieri tal-UE bir-raġun tispikka bħala eżempju ta' ditta kollaborattivi tal-EPSO, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-gvernijiet tal-Istati Membri kollha li jagħmlu użu mid-ditta biex iqanqlu l-għarfien u l-attrattività tal-Karrieri mal-UE.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna

Il-kisbiet

Għanijiet ambizzjużi u progress kbir

Bl-implimentazzjoni tal-Programm ta' Żvilupp (EDP), l-EPSO għamel progress drammatiku li jista' jitkejjel biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tiegħu:

• Iċ-ċiklu ta' żmien ta' kompetizzjonijiet ta' AD jew AST naqas minn 18-il xahar għal 9-10 xhur.

• F'termini tal-mira ta' kandidati li jgħaddu, il-medja żdiedet minn 69% fl-2008 għal 92% fl-2011.

• L-EPSO irnexxilu jagħmel testijiet ta' preselezzjoni minn 3 għal 24 lingwa mill-2010 – dan jagħmlu waħda mill-ftit organizzazzjonijiet fid-dinja li torganizza testijiet b'kumplessità simili, u bi standards professjonali għoljin

• L-EPSO żviluppa firxa ta' testijiet ġodda għal profili speċifiċi, bħal testijiet tal-interpretazzjoni bbażati fuq filmati, testijiet ta' analiżi tas-sitwazzjoni u testijiet tal-ħiliet professjonali għat-tradutturi u s-segretarji.

• Fl-2011 aktar minn 99% tat-testijiet CBT tal-EPSO saru bla inċidenti u mill-istħarriġ tal-kandidati tagħna, ir-rata ta' sodisfazzjon hi aktar minn 90% kull darba, u dan fiċ-ċentri ta' ttestjar madwar id-dinja kollha.

• Id-ditta "Karrieri tal-UE" issa hi waħda mill-iktar 10 paġni ta' reklutaġġ ikkonsultati fuq Facebook fid-dinja.

Il-kisbiet kollha tal-EPSO huma riżultat tax-xogħol u d-dedikazzjoni tal-persunal tiegħu u l-frott ta' kooperazzjoni mal-Istituzzjonijiet, l-Istati Membri u msieħba esterni. L-EPSO qed ikompli jagħmel progress konsiderevoli lejn il-viżjoni tiegħu biex jiġi rikonoxxut bħala l-aħjar organizzazzjoni internazzjonali tal-għażla tal-persunal fis-settur pubbliku fid-dinja: jattira u jagħżel l-aqwa talent fl-Ewropa permezz ta' proċessi robusti u moderni. Se jkompli jaħdem bla heda biex jilħaq l-impenn tiegħu biex iwassal sistemi iktar effiċjenti, biex ikun jista' jagħżel membri tal-persunal motivati u b'talent biex jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-UE jittrattaw il-kwistjonijiet tal-lum u jibnu l-Ewropa ta' għada.

It-tarf ta’ fuq tal-paġna