Din il-paġna hija disponibbli fi 23 lingwa
Ikkuntattjana
Il-mistoqsijiet tiegħek dwar il-Karrieri tal-UE
- Għal mistoqsijiet ġenerali dwar il-Karrieri tal-UE:
Qabel ma tikkuntattjana dwar il-Karrieri tal-UE jekk jogħġbok kun żgur li taqra l-websajt tagħna u l-Mistoqsijiet Frekwenti b'mod sħiħ.
Il-midja soċjali: għal informazzjoni ġenerali, aġġornamenti u diskussjoni dwar il-Karrieri tal-UE (uża l-ikoni hawn fuq). Niċċekkjaw dawn il-paġni b'mod regolari, iżda jekk teħtieġ tweġiba urġenti jekk jogħġbok uża wieħed mill-mezzi ta' hawn taħt.
- Għal mistoqsijiet speċifiċi:
EU-Careers.info: għall-mistoqsijiet dwar kompetizzjonijiet speċifiċi u dwar il-proċeduri ta' għażla b'interess għall-kandidati kollha. Jekk il-mistoqsija tiegħek mhix diġà mwieġba, ikkunsidra li tibgħatha onlajn.
Servizz ta' Kuntatt għall-Kandidati: jekk xorta waħda għadek ma sibtx dak li qed tfittex jew għandek mistoqsija li tikkonċerna biss il-fajl personali tiegħek bħala kandidat, inklużi rikjesti għal reviżjoni jew dwar l-istatus tiegħek fuq il-lista ta' riżerva.
- Linji gwidi:
Jekk jogħġbok tużax diversi mezzi biex tikkuntattjana jew erġa' ibgħat il-mistoqsija tiegħek jekk ma tingħatax tweġiba immedjata. Għandu mnejn ikun jeħtiġilna xi ftit tal-ħin biex inwieġbu għall-mistoqsija tiegħek b'mod sħiħ.
Jekk jogħġbok tibgħatilniex is-CV tiegħek billi ma naċċettawx applikazzjonijiet spontanji.







