X'nista' nsib f'din it-taqsima?
Links għal tipi differenti ta' dokumenti tal-UE, listi ta' libreriji (kemm onlajn u kemm“reali”) , spjegazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni u t-trattati tal-UE, statistika u stħarriġ tal-opinjonijiet skont is-suġġett, newsletters dwar kwistjonijiet tal-UE, bażijiet tad-dejta, manwali u arkivji.
Issib ukoll informazzjoni dwar kif tippubblika dwar jew għall-UE.
Għal-liema pubblikazzjonijiet u dokumenti uffiċjali għandi aċċess?
F'din it-taqsima tista' ssib links għall-pubblikazzjonijiet ġenerali, statistika, stħarriġ tal-opinjonijiet, dokumenti uffiċjali, leġiżlazzjoni, trattati u arkivji. Tista' ssib id-dokumenti onlajn, jew fil-librerija jew iċ-ċentru tad-dokumentazzjoni qrib tiegħek.
Kif nista' nniżżel u/jew nordna pubblikazzjoni?
Ikklikkja 'Ordna jew niżżel pubblikazzjoni' biex tara l-għażliet tiegħek. Tista' tniżżel jew tordna bla ħlas il-pubblikazzjonijiet maħluqa mill-istituzzjonijiet u l-entitajiet l-oħra tal-UE. Jekk tixtieq tista' tabbona għal newsletter dwar qasam ta' politika jew suġġett speċifiku.
Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-liġi tal-UE fis-seħħ?
Fit-taqsima 'Leġiżlazzjoni u trattati' issib link għal bażi tad-dejta tal-leġiżlazzjoni tal-UE (direttivi, deċiżjonijiet, ftehimiet internazzjonali u atti oħrajn). Uża l-links hawnhekk biex tmur għall-paġna tat-tfittxija t-tajba skont jekk tixtieqx tfittex bin-numru tad-dokument, in-numru ta' referenza jew b'kelma ewlenija. Tista' wkoll tibbrawżja d-dokumenti skont is-suġġett jekk tixtieq tagħti daqqa t'għajn lejn il-leġiżlazzjoni eżistenti.
Is-sit web tal-EUR-Lex jipprovdi aċċess bla ħlas għall-ikbar ħażna ta' dokumenti fid-dinja dwar il-liġi tal-Unjoni Ewropea.
[280 KB]
Kif insib direttiva/regolament/deċiżjoni speċifika/u?
Mur fit-taqsima 'Leġiżlazzjoni u trattati'. Minn hemm tista' tfittex bin-numru tad-dokument, bin-numru ta' referenza tal-Ġurnal Uffiċjali jew b'kelma ewlenija. Jekk qed tfittex b'kelma ewlenija, daħħal kemm tista', u inkludi d-data jekk ikollok. Jekk it-tfittxija tagħtik għadd kbir ta' riżultati, tista' tirfina t-tfittxija biex, ngħidu aħna, jiġu elenkati d-direttivi biss. Biex tagħmel dan ikklikkja 'irfina'. Imbagħad agħżel 'tip ta' dokument', u fl-aħħarnett agħżel 'Direttivi'.
Fejn nista' nsib it-test tat-Trattati tal-UE?
Agħżel 'Leġiżlazzjoni u trattati'. Taħt l-intestatura 'Trattati' għandek issib il-links għall-informazzjoni dwar trattati speċifiċi, kif ukoll għal paġni li jipprovdu ħarsa ġenerali tal-ftehimiet u l-links għat-testijiet sħaħ.
X'inhuma d-'dokumenti uffiċjali tal-UE'?
L-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet tal-UE jippubblikaw dokumenti uffiċjali. Dawn ivarjaw minn deċiżjonijiet tal-Ombudsman Ewropew sa taħdidiet, komunikazzjonijiet u white papers. Hawn taħt issib spjegazzjoni ta' wħud mid-dokumenti:
Leġiżlazzjoni
- Direttiva - att leġiżlattiv li jirrekjedi lill-pajjiżi kollha tal-UE jiksbu riżultat speċifiku iżda ma tiddettax kif għandu jinkiseb ir-riżultat.
- Regolament - att leġiżlattiv li hu infurzabbli direttament bħala liġi fil-pajjiżi kollha tal-UE.
- Deċiżjoni - sentenza vinkolanti li tista' tkun indirizzata lil pajjiż tal-UE, individwu jew kumpanija.
Dokumenti oħra:
- Komunikazzjoni - proposta għal leġiżlazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea.
- Green Paper - dokument ta' diskussjoni biex jistimula d-dibattitu u jniedi proċess ta' konsultazzjoni.
- White paper - rapport awtorevoli li jindirizza sfida speċifika u kif għandha tiġi indirizzata. Ġeneralment tiġi wara Green Paper.
- Rakkomandazzjonijiet/Opinjonijiet/Riżoluzzjonijiet - dikjarazzjonijiet li ma jorbtux legalment
Kif nista' nsibhom permezz tal-websajt?
Fil-paġna 'Dokumenti uffiċjali', hemm links separati li jiħduk għad-dokumenti maħruġa mill-istituzzjonijeit tal-UE, ir-reġistri tad-dokumenti għall-istituzzjonijiet ewlenin tal-UE u d-dokumenti maħruġa mill-Aġenziji u entitajiet oħra tal-UE.
Fejn nista' nsib informazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini fl-UE?
Fit-taqsima 'Leġżilazzjoni u trattati', mur fuq 'Trattati' u ssib link għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem - test uniku li jiġbor flimkien id-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali. Tista' ssib iktar informazzjoni fit-taqsima Drittijietek fl-UE', li hi aċċessibbli mill-paġna ewlenija ta' Europa.
Xi statistika nista' nsib f'din it-taqsima?
Fit-taqsima 'Statistika u stħarriġ tal-opinjonijiet' tista' tibbrawżja r-rapporti uffiċjali tal-istatistika li jkopru firxa wiesgħa ta' suġġetti (ambjent, ekonomija, eċċ.). L-istatistika ta' Eurostat tista' titqassam skont is-suġġett u/jew fl-ordni alfabetika.
L-istatistika dwar l-opinjoni pubblika tista' ssibha fl-istħarriġ tal-Ewrobarometru
kif ukoll fi studji oħra dwar kwistjonijiet Ewropej differenti.
