Avviż legali | Dwar dan is-sit | Kuntatt | Fittex
EUROPA > Debate Europe > Djalogu interkulturali

Djalogu interkulturali clips

Djalogu interkulturali

Ingħaqad fil-forum - X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar id-djalogu interkulturali?

Qegħdin ngħixu f'soċjetajiet Ewropej li huma aktar u aktar multikulturali. Uħud jaraw din ir-realtà l-ġdida bħala villaġġ interkulturali fejn id-diversità hija sors ta' tisħiħ. Oħrajn jaraw l-Ewropa issir bħat-torri ta' Babel, post diżorganizzat mimli vuċijiet, fejn isir ħafna paroli iżda ftit jisimgħu.

Tħares kif tħares lejn l-Ewropa u lejn dawk ta' madwarek, l-istorja tenfasizza l-importanza tad-djalodu bejn il-popli ta' kulturi differenti. L-2008 hija s-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali. Ingħaqad mad-dibattu biex tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar x'ifisser id-djalogu interkulturali għalik fil-ħajja ta' kuljum - kemm personali u professjonali. Skambja l-opinjonijiet ma' oħrajn b'mod liberu u b'rispett!