Mogħdija tan-navigazzjoni
Informazzjoni Ġenerali
Qatt ġietek il-kurżità ssir taf x'inhu eżattament il-Parlament Ewropew? X'influwenza għandu fuq ħajtek?
Il-Parlamentarium iwieġeb dawn il-mistoqsijiet u juri kif it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE iħalli effett fuq il-ħajja ta' kuljum.
Huwa l-ewwel ċentru taċ-ċittadini bi 23 lingwa. Tiġi ggwidat tul il-wirja minn gwida multimedjali elettronika li tgħinek tiskopri l-passat, il-preżent u l-futur tal-Parlament Ewropew.
Hija esperjenza interattiva unika li tgħaqqad l-informazzjoni, l-edukazzjoni u d-divertiment.
Jiftaħ fl-14 ta' Ottubru 2011
Il-Parlamentarium - Iċ-Ċentru taż-Żjarat tal-Parlament Ewropew
Indirizz
Rue Wiertz / Wiertzstraat 60
B-1047 Brussell
Indirizz tal-email: parlamentarium@europarl.europa.eu
Telefown/Faks : +32 2 283 22 22
Kif tasal hemm
Metro – l-istazzjonijiet Maelbeek jew Schuman bil-linji 1 u 5, l-istazzjon Trône bil-linja 2 u 6
Bus – STIB/MIVB: (Schuman) 12, 21, 36, 79
DE LIJN: 344, 345
STIB/MIVB: (Luxembourg) 12, 22, 27, 38, 54
Is-Servizz tat-Trasport ta' Brussell
Ħinijiet tal-ftuħ
It-Tnejn 13:00 - 18:00
It-Tlieta u l-Erbgħa 9:00 - 20:00
Il-Ħamis u l-Ġimgħa 9:00 - 18:00
Is-Sibt u l-Ħadd 10:00 - 17:00
Ġranet meta jkun magħluq: 1 Jannar, 1 Mejju, 1 Novembru, 24, 25, 31 Diċembru.
Żjajjar ta' kuljum
Żjajjar bil-gwida multimedjali
Link mal-istituzzjoni
http://www.europarl.europa.eu/visiting/mt/parlamentarium.html
Kif iżżur l-istituzzjoni.
Id-dħul huwa b'xejn. Nilqgħu kemm lill-individwi kif ukoll lill-gruppi. Żjara fil-Parlamentarium iddum madwar siegħa u nofs.
Logħba speċjali tar-rwoli hija disponibbli għall-gruppi tal-iskejjel li ma jkunux aktar minn 32 student (14 sa 16-il sena). Aktar tagħrif jinstab fuq is-sit web speċjali tal-Parlamentarium.