Mogħdija tan-navigazzjoni
Tagħrif ġenerali
Individwi: Hemm biss numru limitat ta' postijiet biex wieħed jattendi seduta parlamentari għal siegħa.
Il-viżitaturi għandu jkollhom mill-inqas 14-il sena.
Żjarat ta' gruppi matul is-sessjonijiet parzjali: Jiġu organizzati żjarat ta' informazzjoni għal gruppi magħmulin minn minimu ta' 20 ruħ u b'massimu ta' 45. F'każijiet eċċezzjonali, gruppi akbar jistgħu jiġu aċċettati meta mitlub.
Iż-żjarat idumu bejn sagħtejn u tliet sigħat u jinkludu introduzzjoni ġenerali minn uffiċjal tal-PE dwar is-sehem u l-ħidma tal-Parlament Ewropew.
Iż-żjarat għandhom ikunu ġew skedati mill-inqas bejn xahrejn u tliet xhur qabel.
Il-gruppi għandhom jaslu fl-entratura tal-viżitaturi kwarta qabel ma tibda ż-żjara.
Kull membru tal-grupp għandu jġib miegħu il-passaport, il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan tiegħu jew tagħha.
Żjarat ta' gruppi barra s-sessjonijiet parzjali: Jiġu organizzati żjarat ta' informazzjoni għal gruppi magħmulin minn minimu ta' 20 ruħ u b'massimu ta' 45. Jistgħu jiġu kkunsidrati applikazzjonijiet għal gruppi akbar.
Il-programm jikkonsisti fi żjara bil-gwida tal-Parlament Ewropew, inkluż tas-Sala, wiri ta' filmat u preżentazzjoni ġenerali minn membru tal-istaff dwar is-sehem u l-ħidma tal-Parlament.
Iż-żjarat isiru b'xejn u jdumu bejn siegħa u nofs u sagħtejn.
Il-viżitaturi jrid ikollhom mill-inqas 14-il sena (sakemm ma jinkisibx permess speċjali).
Iż-żjarat isiru bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bit-Taljan u bl-Ispanjol.
Iż-żjarat isiru biss nhar ta' xogħol.
Kif iżżur l-istituzzjoni?
Individwi – sabiex tattendi sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew:
Gruppi – għal żjarat matul is-sessjonijiet parzjali:
Gruppi – għal żjarat barra s-sessjonijiet parzjali:
Indirizz
1, avenue du Président Robert Schuman
CS 91024
F-67070 Strasbourg Cedex
+33/(0)3 88 17 40 01
+33/(0)3 88 17 51 84
epstrasbourg@europarl.europa.eu
Is-sit elettroniku tal-istituzzjoni
Ħinijiet tal-ftuħ
-
Żjarat ta' kuljum
Ara l-kalendarju u l-informazzjoni hawn taħt.
Kif tasal hemm
Ara l-mappa tal-post