Mogħdija tan-navigazzjoni
Tagħrif ġenerali
Sabiex jissaħħaħ l-għarfien tal-pubbliku dwar l-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa' gruppi ta' viżitaturi fis-sede tagħha fil-Lussemburgu. Toffri żjarat ta' studju (li normalment idumu nofstanhar) u sessjonijiet ta' tagħrif (li jdumu madwar sagħtejn) għal gruppi ta' bejn sebgħa u ħamsa u tletin ruħ. Iż-żjarat jitfasslu skont l-interessi partikulari ta' kull grupp u jseħħu matul it-termini tal-Qorti. Minħabba n-natura speċifika tal-attivitajiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, tingħata prijorità lil professjonisti mill-qasam legali (imħallfin nazzjonali, avukati, professuri tal-università, eċċ) u studenti tal-liġi. Żjarat organizzati mit-taqsima Servizz lill-Viżitaturi huma b'xejn u jsiru bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Minħabba li jeżisti livell għoli ta' interess f'dawn iż-żjarat fil-Qorti, nissuġġerixxu li l-gruppi jirreġistraw it-talba tagħhom mill-inqas bejn ħames u sitt xhur qabel billi jintuża s-servizz ta' reġistrazzjoni online li jinstab fis-sit elettroniku tal-Qorti .
Kif iżżur l-istituzzjoni?
Iż-żjarat jiġu organizzati għal gruppi biss (minn sebgħa sa ħamsa u tletin ruħ). Nissuġġerixxu lill-viżitaturi sabiex jirreġistraw it-talba tagħhom mill-inqas bejn ħames u sitt xhur qabel billi jintuża s-servizz ta' reġistrazzjoni online li jinstab fis-sit elettroniku tal-Qorti.
It-taqsima Servizz lill-Viżitaturi m'għandhiex l-awtorità li torganizza żjarat jew turs individwali. Madanakollu individwi jistgħu jattendu seduti pubbliċi tal-Qorti tal-Ġustizzja u jistgħu jikkonsultaw il-kalendarju ġudizzjarju tal-Qorti għal dan il-għan.
L-Uffiċċju Informazzjoni Turistika tal-Lussemburgu jorganizza żjarat bil-gwida matul tmiem il-ġimgħa u waqt il-vaganzi tal-Qorti (meta ma jkunx hemm seduti). Sabiex tirriserva żjara, se ssib l-Uffiċċju Informazzjoni Turistika f'dan il-post: 30, Place Guillaume II, L-1648 Il-Lussemburgu, B.P. 181 - L-2011 Il-Lussemburgu, Tel.: +352 22 28 09 - Faks: +352 46 70 70 - Email: touristinfo@lcto.lu
Indirizz
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Servizz lill-Viżitaturi
L - 2925 Il-Lussemburgu
(+) 352 4303 3357
+352 4303 3035
http://curia.europa.eu/jcms/jcms/T5_5133/contacts
Is-sit elettroniku tal-istituzzjoni
Ħinijiet tal-ftuħ
Iż-żjarat jitfasslu skont il-bżonnijiet individwali wara li jsir l-ewwel buking.
Żjarat ta' kuljum
Iż-żjarat jitfasslu skont il-bżonnijiet individwali wara li jsir l-ewwel buking.
Bil-ferrovija :
Kif tasal fl-istazzjon ċentrali tal-Lussemburgu.
Għal orarju ddettaljat tal-ferroviji, jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit elettroniku CFL.
Bil-karozza tal-linja :
Bil-karozza :
Il-parkeġġ li jmiss għall-karozzi tal-linja: Parking du Glacis