Mogħdija tan-navigazzjoni
Tagħrif ġenerali
Isiru sessjonijiet ta' tagħrif fuq żewġ livelli differenti: 'ħarsa ħafifa' (tagħrif dwar l-organizzazzjoni, il-ħidma u r-responsabbiltajiet tal-BĊE) u 'avvanzata' (tagħrif profond dwar suġġett speċifiku). Mhux possibbli li jsiru żjarat bil-gwida madwar il-bini. Is-sessjoni ta' tagħrif iddum madwar siegħa u nofs. Il-gruppi li se jżuru l-bini huma mitluba jirriservaw post sa mill-inqas 3 xhur qabel. Id-daqs minimu tal-grupp hu ta' 20 ruħ. L-inqas età għal studenti fi gruppi tal-iskola hi ta' 18. Il-gruppi meħtieġa jibagħtu lista tal-parteċipanti kollha sa ġimgħa qabel iż-żjara. Malli tasal trid turi l-karta tal-identità individwali uffiċjali. Il-gruppi mitluba jaslu madwar 30 minuta qabel ma jibda l-ħin tas-sessjoni ħalli jitwettqu l-proċeduri ta' sigurtà.
Kif iżżur l-istituzzjoni?
http://www.ecb.int/ecb/visits/how/html/index.mt.html
Indirizz
Diviżjoni Stampa u Informazzjoni
Direttorat tal-Komunikazzjoni
Bank Ċentrali Ewropew
Kaiserstrasse 29
D-60311 Frankfurt am Main
Sit elettroniku tal-istituzzjoni
Ħinijiet tal-ftuħ
Bl-appuntament biss
Żjarat ta' kuljum
It-Tnejn, it-Tlieta u l-Ġimgħa fl-10.30 AM jew fis-2.30 PM.
Kif tasal hemm
Mappa u direzzjonijiet tat-toroq