Mur għall-kontenut ewlieni

Iltaqa' magħna

L-UE għandha servizz ta’ kuntatt ċentrali kif ukoll firxa ta’ networks fl-UE kollha li jipprovdu informazzjoni, servizzi u appoġġ. Tista’ tuża l-mappa “L-Unjoni Ewropea madwari” hawn taħt biex issib iċ-ċentri tal-UE attivi fir-reġjun tiegħek u ssir taf dwar is-servizzi li jipprovdu.

Il-mappa tal-“Unjoni Ewropea madwari”

Billi tuża d-drop-down menus, tista’ tagħżel ċ-ċentri tal-UE:

  • Skont il-lokalità ġeografika – tista’ tagħżel il-pajjiż u r-reġjun fejn tixtieq issib ċentru tal-UE. Jekk tikklikkja l-buttuna "iġġeolokalizzani”, se jidhru ċ-ċentri kollha qrib il-post attwali tiegħek
  • Skont in-network – tista’ tagħżel li tara network tal-UE wieħed jew aktar fuq il-mappa
  • Permezz ta’ kelma ewlenija – tista’ tagħżel suġġett speċifiku biex issib iċ-ċentri tal-UE li huma l-aktar adattati biex iwieġbu l-mistoqsija tiegħek.

Imbagħad tista’ tikklikkja kwalunkwe ċentru tal-UE fuq il-mappa (immarkata b’tikek ikkuluriti) biex tikseb id-dettalji ta’ kuntatt u l-informazzjoni dwar is-servizzi tagħhom.

Deskrizzjoni dettaljata taċ-ċentri tal-UE

Ċentri ġenerali tal-UE

Ċentri oħra tal-UE

Skont il-mandati speċifiċi tagħhom, ċentri tal-UE oħra tal-UE li jappartjenu għal networks aktar speċjalizzati jistgħu jipprovdu firxa ta’ servizzi oħra. Ara xi eżempji ta’ dawn is-servizzi hawn taħt.

Il-listi ta’ networks ta’ hawn taħt mhumiex eżawrjenti: tista’ ssib aktar ċentri tal-UE fuq il-mappa.