Navigation path

Termini u kundizzjonijiet

Jekk jogħġbok aqra dawn it-termini ta’ użu bl-attenzjoni billi fihom informazzjoni importanti rigward id-drittijiet u l-obbligi legali tiegħek. It-termini ta’ użu jistgħu jinbidlu minn żmien għal żmien u għalhekk jeħtiġlek tiċċekkjahom b’mod regolari.

Dan il-websajt tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 għandu l-pussess tiegħu u jamministrah id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Introduzzjoni

Sabiex jinżamm ambjent ta’ ħbiberija u pjaċevoli fil-portal implimentajna ftit regoli bażiċi ta’ mġiba, li jistgħu jiġu aġġornati minna minn żmien għal żmien mingħajr avviż minn qabel. Il-viżitaturi kollha li jipparteċipaw u li jużaw il-faċilitajiet ta' dan il-websajt mistennija li jaqraw u li jaqblu ma' dawn ir-regoli u politiki u li ma jiksru ebda waħda minnhom. Jekk jogħġbok ħu ftit tal-ħin biex tiffamiljarizza ruħek mal-linji gwida tal-portal.

IMPORTANTI:Użu Xieraq tal-Elementi Viżwali (kif jinsabu fil-Għodda għall-Kampanja)

Meta tuża s-slowgan, il-lowgo u l-elementi viżwali l-oħrajn tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013, int tkun qed taċċetta li tużahom biss b’konnessjoni kemm ma’ għanijiet li huma kompatibbli mal-prinċipji u l-obbjettivi għall-finijiet pubbliċi tas-Sena, kif ukoll skont ir-regoli eżistenti tad-drittijiet tal-awtur.

Jekk jogħġbok ara hawnhekk l-avviż Legali ddettaljat tal-Kummissjoni Ewropea.

L-Għodda tal-Kampanja tippermettilek li tillejbilja u tuża illustrazzjonijiet għall-avvenimenti u l-attivitajiet assoċjati mas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 billi tbiddel kif jogħġbok it-templejts fid-disinn uffiċjali tal-kampanja tas-Sena.

Kontenut Mhux Xieraq

Dawn li ġejjin jitqiesu bħala kontenut mhux xieraq. L-ibgħit ta’ kontenut ta’ din ix-xorta jista’ jirriżulta kemm fis-sospensjoni jew il-projbizzjoni tal-kont kif ukoll fit-tneħħija tal-korrispondenza offensiva:

  • Korrispondenza jew stampi ta’ natura malafami, abbużiva, vulgari, odjuża, fastidjuża, oxxena, profana jew minaċċjuża. Din tinkludi kwalunkwe messaġġi jew materjal etnikament, razzjalment, reliġjożament jew sesswalment offensiv, insolenti jew avvilenti.
  • Korrispondenza jew stampi li jiksru kwalunkwe liġi jew regolament.
  • Reklamar espliċitu ta’ prodotti jew servizzi mingħajr il-kunsens prijoritarju tagħna jew il-kuntest adegwat.
  • Reġistrazzjoni sempliċement biex tikkorrispondi/tappoġġa/tirriklama għal akkwist personali.
  • Diskussjoni dwar attivitajiet illegali bħall-piraterija tas-softwer u l-films u ksur ieħor tal-proprjetà intellettwali.
  • L-ibgħit ta’ informazzjoni dwar kuntatti personali kemm tiegħek jew ta’ persuni oħrajn (p.e. in-numri tat-telefowns, l-indirizzi eċċ.) fuq kwalunkwe forum li jidher b’mod pubbliku.
  • Kull ħaġa oħra li titqies mhux xierqa minna.
  • Links għal kulma jingħad hawn fuq.

Imġiba mistennija mill-membri u suġġerimenti għal korrispondenza aħjar

  • Żomm il-kontribuzzjonijiet kollha fil-limiti adatti tal-qasam ta’ interess tal-komunità.
  • Uża titli qosra u konċiżi meta tibgħat l-annotazzjonijiet.
  • Jekk jogħġbok agħmel sforz biex tikkomunika bl-aktar mod ċar possibbli.
  • Evita li tuża diskors baxx jew offensiv.
  • Il-kontenut kollu mibgħut mill-utenti jesprimi l-opinjonijiet tal-awtur, u l-websajt tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 mhux se jinżamm responsabbli għal kwalunkwe messaġġ.
  • Imxi mal-membri l-oħrajn kollha tal-websajt tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 b'mod rispettuż u edukat il-ħin kollu, anki fl-eventwalità ta' nuqqas ta' qbil.

Filwaqt li dawn ir-regoli jkopru s-sitwazzjonijiet l-aktar komuni, ma jistgħux jantiċipaw kollox. Konsegwentement nirriżervaw id-dritt li nieħdu kwalunkwe azzjoni li jidhrilna xierqa biex niżguraw li l-websajt tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 ma jkunx sfrattat jew abbużat bi kwalunkwe mod.

Irrapporta Ksur ta’ Regola

Jekk tħoss li membru tal-websjat tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 qed jikser il-politiki u r-regoli ta' mġiba tal-portal, jekk jogħġbok irrapporta dan lill-istaff tal-portal billi tmur fuq ikkuntattjana.

Miżuri Dixxiplinari

Nirriżervaw id-dritt li nimmonitorjaw il-korrispondenza tal-websajts u li nħassru kwalunkwe korrispondenza li ma tosservax dawn ir-regoli u "Termini u Kundizzjonijiet ta' użu" standard tal-portal tagħna. Dan jinkludi l-korrispondenza li tisfratta jew tfixkel l-operazzjonijiet tekniċi tagħna.

Nirriżervaw ukoll id-dritt li nagħlqu jew nipprojbixxu, b’mod temporanju jew permanenti, kwalunkwe korrispondenza mingħajr avviż minn qabel, kif jidhrilna meħtieġ.

Jekk tħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust min-naħa tagħna, tista’ tappella direttament magħna. Meta tikkuntattjana, jekk jogħġbok ipprovdi l-indirizz tal-email li użajt biex tibgħat annotazzjoni. Ma niddiskutux is-sospensjoni tal-membri tal-portal mal-pubbliku ġenerali.

Drittijiet tal-awtur: l-istampi deskrittivi użati f’dan il-websajt (ħlief għal dawk mibgħutin mill-utenti) għandhom il-marka tad-drittijiet tal-awtur ©European Commission jew ©Dreamstime.

Additional tools

  • Decrease text
  • Increase text
  • Choose high-contrast version
  • Choose standard color version

Kuntatt

For questions related to the Year, contact

The team of the Year 2014

Għal mistoqsijiet ġenerali

Europe Direct : Call 00 800 6 7 8 9 10 11E-mail us your questions

Elezzjonijiet Ewropej