Ingħaqad fid-dibattitu
Dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa
Dan id-dibattitu hu dwarek, dwar id-drittijiet tiegħek u dwar il-futur tiegħek. Il-Kummissjoni Ewropea issa se tiġi f'belt qrib tiegħek. Personalitajiet Ewropej importanti se jisimgħu l-opinjonijiet tiegħek. Din hi l-opportunità tiegħek biex tgħidilhom x'Ewropa tixtieq tgħix fiha u dak li tistenna mill-Unjoni Ewropea ta’ għada.
Il-vuċi tiegħek fl-Ewropa
Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa huwa s-sit tal-Kummissjoni Ewropea li jipprovdi “punt uniku ta’ aċċess” għal varjetà ġmielha ta’ konsultazzjonijiet, diskussjonijiet u għodod oħra li jippermettulek li jkollok rwol attiv fit-tfassil tal-politika Ewropea.
Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini
L-inizjattiva Ewropea taċ-ċittadini tippermetti miljun ċittadini tal-UE biex jipparteċipaw direttament fl-iżvilupp tal-politiki tal-UE, billi jsejħu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġi.