Ċittadini informati jifhmu li għandhom interess fl-Unjoni Ewropea, u se jitħeġġu biex jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-UE fil-livelli kollha. Din hi l-viżjoni għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013. Is-Sena se tagħti opportunità lin-nies fl-Unjoni Ewropea kollha biex:
- jitgħallmu dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet miftuħin għalihom permezz taċ-ċittadinanza tal-UE – b’mod partikulari d-dritt tagħhom biex jgħixu u jaħdmu kullimkien fl-UE
- jieħdu sehem f’dibattiti dwar l-ostakoli biex jużaw dawn il-drittijiet u biex jiġu ġġenerati proposti speċifiċi sabiex jiġu indirizzati
- jipparteċipaw f’forums ċiviċi dwar il-politiki u l-kwistjonijiet tal-UE
- jippreparaw biex jivvotaw fl-2014 fl-elezzjonijiet Ewropej u jimpenjaw lilhom infushom fil-ħajja demokratika tal-UE.
Se jiġu organizzati fl-aktar livell bażiku l-attivitajiet kollha possibbli, miċ-ċittadini u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nfushom.
Il-Kummissjoni Ewropea hi responsabbli għal:
- kampanja ta’ komunikazzjoni, b’websajt multilingwi, għodda għall-kampanja, kitt għall-istampa u materjal ta’ promozzjoni
- tnedija tal-midja/laqgħa ta’ bidu f’Novembru 2012
- ftuħ u għeluq ta’ konferenzi u sensiela ta’ djalogi bejn il-Kummissjoni Ewropea u ċ-ċittadini mill-oqsma kollha tal-ħajja
- appoġġ lill-avvenimenti nazzjonali, reġjonali u lokali f’UE kollha.






