Navigation path

Kuntest: is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 se tiffoka fuq id-drittijiet li l-individwi kollha fl-Unjoni Ewropea jgawdu b’mod awtomatiku bħala ċittadini tal-UE. Il-500 miljun Ewropew ilkoll jibbenefikaw ta’ kuljum minn dawn id-drittijiet – bħalma tagħmel l-ekonomija Ewropea.

Is-Sena Ewropea se tinkuraġġixxi d-djalogu fil-livelli kollha tal-governanza, tas-soċjetà ċivili u tan-negozji, biex jiġu studjati fejn intom – bħala ċittadini – tixtiequ li l-UE tkun sal-2020 – f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet, il-politiki u l-governanza.

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013?

Id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE huma protetti bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u jikkomplementaw id-drittijiet nazzjonali. Jekk in-nies ikunu jafu dwar dawn id-drittijiet u jużawhom, huma għandhom jibbenefikaw bħala individwi, u l-UE b’mod globali tibbenefika wkoll, kemm ekonomikament kif ukoll f’termini ta’ sapport imsaħħaħ miċ-ċittadini għall-proġett tal-UE.

Ir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-2012 ikkonkluda li ċ-ċittadini tal-UE mhumiex qed jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom minħabba li huma mhumiex konxji minnhom – b’mod partikulari mid-dritt li jiċċaqalqu u li jgħixu b’mod ħieles f’pajjiżi oħrajn tal-UE.

Fl-istess sena, il-Parlament Ewropew sejjaħ il-Kummissjoni Ewropea biex l-2013 tkun is-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza, biex jissaħħaħ id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza tal-UE u biex iċ-ċittadini tal-UE jiġu informati dwar drittijiethom.

Il-kuntest politiku

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 qed isseħħ fi żmien importanti:

  • Sena qabel l-elezzjonijiet Ewropej fl-2014: Is-Sena Ewropea tikkomplementa l-isforzi mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-pajjiżi biex jiġu enfasizzati d-drittijiet tal-vot tal-elettorati tal-UE u biex in-nies jitħeġġu biex jivvotaw.
  • L-20 l-anniversarju taċ-ċittadinanza tal-UE: Il-kunċett tnieda mit-Trattat ta’ Maastricht, li daħal fis-seħħ fl-1993.
  • L-edizzjoni 2013 tar-Rapport tal-UE dwar iċ-Ċittadinanza hu ppubblikat: Dan ir-Rapport se jeżamina l-każijiet fejn in-nies ma jitħallewx milli jgawdu mid-drittijiet tal-UE, u se jipproponi azzjonijiet biex jiġu indirizzati dawn l-ostakoli.
  • Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini hi nfisha se tenfasizza l-benefiċċji li ċ-ċittadinanza tal-UE toffri liċ-ċittadini – bħala individwi privati, konsumaturi, residenti, studenti, ħaddiema jew atturi politiċi – u.
  • L-involviment tal-pubbliku ġenerali hu kruċjali: Kif stqarr il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, fl-Indirizz tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni 2012:  “Iż-żminijiet tal-integrazzjoni Ewropea b’kunsens impliċitu taċ-ċittadini spiċċaw. L-Ewropea ma tistax tkun teknokratika, burokratika jew diplomatika. L-Ewropea għandha tkun aktar demokratika milli hi.” Fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi u finanzjarji ffaċċjati mill-pajjiżi membri tal-UE, il-ħtieġa li ċ-ċittadini Ewropej jingħataw is-setgħa u li tissaħħa d-dimensjoni orjentata lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni hi aktar importanti minn qatt qabel. L-involviment ta' kull ċittadin individwali tal-UE fil-komunitajiet u fis-soċjetà li minnha hu jew hi tagħmel parti, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE, hu vitali għal ħajja demokratika b'saħħitha u għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea.

Additional tools

  • Decrease text
  • Increase text
  • Choose high-contrast version
  • Choose standard color version

Kuntatt

For questions related to the Year, contact

The team of the Year 2014

Għal mistoqsijiet ġenerali

Europe Direct : Call 00 800 6 7 8 9 10 11E-mail us your questions

Elezzjonijiet Ewropej