L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà (EUISS) >> 

100 avenue de Suffren
Tel: +33 1 56 89 19 30
Fax: +33 1 56 89 19 31
Kuntatt
L-Istitut tal-Unjoni Ewropea għall-Istudji dwar is-Sigurtà (EUISS)
EUISS huwa t-think tank dwar il-politika barranija tal-UE.
Ġie mwaqqaf fl-2002 taħt il-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) tal-Unjoni biex jippromwovi kultura ta' sigurtà komuni għall-UE, jgħin fl-iżvilupp tal-PESK, u jsaħħaħ id-dibattitu strateġiku.
EUISS:
- huwa kompletament awtonomu
- jirriċerka kwistjonijiet ta' sikurezza relevanti għall-UE u jipprovdi forum għad-dibattitu
- jipproduċi analiżi u tbassir għall-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà (PSC) u l-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà/ il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea (HR/VP)
- ġie mwaqqaf mill-Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2001/554
(emendata mill-Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/1002
).
Finanzjament u sorveljanza
L-Istitut huwa ffinanzjat mill-pajjiżi tal-UE, skont il-formula tan-nefqa maqsuma bbażata fuq il-PGD, u gvernat
- bil-Kumitat Politiku u tas-Sigurtà (PSC) – li jeżerċita sorveljanza politika
- il-Bord – jistipola r-regoli baġitarji u amministrattivi u japprova l-programm ta' ħidma tal-Istitut (presedut minn HR/VP).
Il-pubblikazzjonijiet
L-Istitut jippubblika bosta tipi ta' pubblikazzjonijiet għall-komunità strateġika internazzjonali. Abbona mal-avviżi bl-email
ta' EUISS biex tiġi infurmat dwar pubblikazzjonijiet ġodda.
Chaillot Papers  | Il-pubblikazzjoni ewlenija tal-Istitut hija s-serje ta' Chaillot Papers dwar it-temi kollha ta' relevanza attwali għas-sigurtà tal-UE. Miktuba minn esperti esterni u riċerkaturi tal-Istitut, huma bbażati fuq riċerka u kompetenzi kollettivi u individwali. |
Il-kotba  | Il-Kotba huma studji dettaljati dwar temi speċifiċi. |
Rapporti  | Ir-Rapporti ISS jiffukaw fuq proġetti ta' riċerka ewlenin ta' EUISS kif ukoll fuq avvimenti topiċi, b'narrazzjoni tal-proċeduri kif ukoll analiżi oriġinali |
Taqsiriet ta' Politika  | It-Taqsiriet tal-Politika huma analiżi qasira, f'waqtha u orjentata fuq il-politika ta' kwistjonijiet speċifiċi tal-politika barranija u ta' sigurtà. |
Dokumenti Oħra  | Dokumenti oħra huma temi dwar kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għas-sigurtà Ewropea, il-biċċa l-kbira miktuba minn riċerkaturi mistednin. |
Analiżi /opinjonijiet onlajn | Kemm l-analiżi kif ukoll l-opinjonijiet ikopru għadd ta' temi u jindirizzaw kwistjonijiet ta' interess speċifiku għal min jieħu d-deċiżjonijiet u għal min ifassal il-politika u huma miktuba mir-riċerkaturi tal-Istitut u minn esperti esterni. |
Avvenimenti
L-avvenimenti tal-EUISS isiru biex itejjbu l-kapaċità analitika tal-UE u jippromwovu netwerk ta' kompetenza f'appoġġ għall-politika barranija u ta' sigurtà tal-UE. Ilaqqgħu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet ma' uffiċjali tal-UE, akkademiċi, esperti nazzjonali, u raprezentatnti tal-NGOs minn madwar id-dinja.
- konferenzi
– madwar 100 parteċipant, b'persuni magħrufa, joffru opportunità għal diskussjonijiet wiesgħa dwar kwistjonijiet attwali
- seminars
– madwar 40 parteċipant, diskussjoni dettaljata ta' temi speċifiċi, spiss b'bias reġjonali jew politiku
- task forces
– madwar 20 parteċipant, jiltaqgħu regolarment biex jissorveljaw avvenimenti f'reġjun partikolari jew żviluppi f'qasam politiku partikolari.
L-istampa
Riċerkaturi tal-EUISS jipprovdu kummentarju espert b'mod regolari għall-midja kemm stampata kif ukoll tax-xandir, dwar kwistjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà tal-UE Għal dettalji dwar l-oqsma ta' kompetenza tal-EUISS, jekk jogħġbok ara l-paġni tar-Riċerkaturi

jew il-paġna tad-Direttur

.
Għal informazzjoni dwar l-istampa jew talbiet għal intervisti jekk jogħġbok żur il-paġna tal-istampa
.