Mogħdija tan-navigazzjoni
Iċ-Ċentru Satellitari ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSC) twaqqaf fl-2002, ibba¿at fuq l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill fl-20 ta’ Lulju 2001, ( ĠU L 200, il-25 ta’ Lulju 2001
) u beda jopera f’Jannar ta’ l-2002. Din hi Aġenzija tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea ddedikata għall-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ tagħrif miksub mill-anali¿i ta’ xbihat tad-dinja meħuda mill-ispazju. L-għan tagħha hu li tappoġġja t-teħid ta’ deċi¿jonijiet ta’ l-UE fil-qasam tal-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà (CFSP).
Sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, l-EUSC innifsu għandu personalità legali u jinsab taħt is-supervi¿joni politika tal-Kumitat għall-Politika u s-Sigurtà tal-Kunsill u d-direzzjoni operatorja tas-Segretarju Ġenerali. Iċ-Ċentru jinsab f’Torrejón, qrib Madrid fi Spanja.
Is-Sur Tomaž Lovrenčič Direttur
Indirizz postali:
Iċ-Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni EwropeaApdo. de Correos 511
Torrejón de Ardoz 28850 Spanja