Mogħdija tan-navigazzjoni
Gran Vía 33
E-48009 Bilbao
España
It-titjib kontinwu tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa għan ewlieni tal-politika ta' l-impjieg u dik soċjali fl -Ewropa. Madanakollu, il-marġni u d-diversità ta' kwistjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHS) li l-Ewropa jkollha taff ronta jaqgħu lil hinn mir-riżorsi u mill-kompetenzi speċjali ta' Stat Membru wieħed jew ta' istituzzjoni waħda. Din hija r-raġuni għalfejn ġiet stabbilita l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol: biex tiġbor fl imkien u taqsam is-sors vast ta' informazzjoni u tagħrif dwar kwistjonijiet ta' OHS, b'mod partikolari prattiċi tajba ta' prevenzjoni.
L-Aġenzija taġixxi bħala katalizzatur għall-iżvilupp, l-analiżi u t-tixrid ta' informazzjoni li ttejjeb is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fl -Ewropa. Minbarra li tiżviluppa netwerk komprensiv ta' websites dwar is-saħħa u s-sigurtà, l-Aġenzija tmexxi wkoll kampanji fl imkien ma' programm attiv ta' pubblikazzjonijiet. Bis-saħħa ta' dan il-programm, l-Aġenzija tipproduċi minn kollox, minn rapporti speċjalizzati ta' informazzjoni għal folji tal-fatti, u għaldaqstant tkopri varjetà wiesgħa ta' problemi ta' OHS.
Il-punti fokali nazzjonali, li ħafna drabi huma l-organizzazzjonijiet ewlenin ta' OHS fi l-pajjiżi rispettivi tagħhom, jikkoordinaw u jxerrdu informazzjoni mill-Aġenzija ġewwa l-pajjiżi individwali. Minbarra dan, l-Aġenzija tikkoopera ma' numru kbir ta' msieħba inklużi l-Kummissjoni Ewropea, istituzzjonijiet oħra Ewropej u l-imsieħba soċjali Ewropej, kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet għas-saħħa u s-sigurtà madwar id-dinja kollha.
L-Aġenzija hija mmexxija minn Direttur u għandha Bord Governattiv li jikkonsisti minn rappreżentanti tal-gvern, min iħaddem u l-ħaddiema mill-27 Stat Membru u rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Bord Governattiv jistabilixxi Bureau.
Il-bażi legali għall-attivitajiet ta' l-Aġenzija huma l-erba' Regolamenti tal-Kunsill:
Twaqqfet: 1994
Direttur:
Christa Sedlatschek