Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġenziji tal-UE

L-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (FRA)

L-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (il-FRA) ġiet stabbilita fi Vjenna permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 (ĠU L 53/2 22.2.2007).

Ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma valuri komuni għall-Istati Membri kollha ta' l-UE. Skond l-Artikolu 6 tat-Trattat ta' l-UE: "L-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali, kif garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u l-Libertajiet Fundamentali ffirmat f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità."

L-għan ta' l-Aġenzija huwa li tipprovdi assistenza u għarfien espert dwar id-drittijiet fundamentali lill-istituzzjonijiet u lill-awtoritajiet rilevanti Komunitarji, kif ukoll lill-Istati Membri tal-Komunità, meta dawn jiġu biex jimplimentaw il-liġi Komuntarja, u li tkun ta’ sostenn għalihom meta dawn jiġu biex jieħdu miżuri u jfasslu linji xierqa ta' azzjoni.

Dawn huma l-ħidmiet ewlenin ta' l-Aġenzija:

Li tiġbor, tanalizza u tqassam tagħrif oġġettiv, affidabbli u kumparabbli, b’rabta mas-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE;

Li tiżviluppa kumparabbiltà u affidabbiltà ta’ dejta permezz ta' metodi u standards ġodda;

Li twettaq u/jew tippromwovi riċerka u studji fil-qasam tad-drittijiet fundamentali;

Li tifformula u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet dwar suġġetti speċifiċi, minn rajha jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni;

Li tippromwovi d-djalogu mas-soċjetà ċivili biex tqajjem il-kuxjenza pubblika dwar id-drittijiet fundamentali.

Madankollu, l-Aġenzija MA GĦANDHIEX is-setgħa li teżamina ilmenti individwali jew li teżerċita xi poteri regolatorji fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

L-oqsma tematiċi ta’ ħidmet l-Aġenzija ġew iddeterminati permezz ta’ Deċiżjoni ta’ Qafas Multiannwali (2008/203/KE) fuq perjodu ta' ħames snin, adottata mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija, u l-intolleranza li dawn iġibu magħhom, tibqa’ waħda mill-oqsma prijoritarji tal-FRA.

L-Aġenzija qed taħdem mill-qrib ma' istituzzjonijiet u entitajiet oħra, b’ħidma kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, u qed twassal għal kooperazzjoni sodisfaċenti mal-Kunsill ta' l-Ewropa u mas-soċjetà ċivili, pereżempju permezz tal-ħolqien ta' Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali.

L-Aġenzija hi magħmula minn:

Direttur, li huwa responsabbli mill-amministrazzjoni ta' kuljum ta' l-Aġenzija, mill-ħatra ta’ l-istaff tagħha, u mit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali;

Bord Maniġerjali responsabbli milli jiżgura li l-Aġenzija tiffunzjona b'mod effettiv u effiċjenti, li jistabbilixxi l-abbozz tal-baġit u l-programmi ta' ħidma, u li jissorvelja l-implimentazzjoni sussegwenti tagħhom;

Bord eżekuttiv li jipprovdi assistenza lill-Bord Maniġerjali;

Kumitat xjentifiku responsabbli milli jiggarantixxi l-kwalità xjentifika ta' ħidmet l-Aġenzija.

Il-FRA tkopri l-UE u s-27 Stat Membru tagħha. Barra minn hekk, il-pajjiżi kandidati (it-Turkija, il-Kroazja, il-FYROM  – dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja) jistgħu jipparteċipaw f’ħidmet l-Aġenzija bħala osservaturi, u dan b’segwitu għal deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni rilevanti li jiddetermina n-natura, il-limiti u l-manjiera partikolari ta' sehemhom f'ħidmet il-FRA. Il-Kunsill jista’ wkoll jistieden pajjiżi li jkunu kkonkludew Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma' l-UE biex jipparteċipaw f'ħidmet il-FRA.

L-Aġenzija dwar id-Drittijiet Fundamentali ssawret fuq dak li kien jissejjaħ iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar ir-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC), li kien twaqqaf permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 ( OJ L 151, 10.6.1997).

L-EUMC, li offra ħidmietu bejn l-1997 u Frar ta' l-2007, ipprovda lill-Komunità u lill-Istati Membri tagħha b’tagħrif u dejta oġġettivi, affidabbli u komparabbli dwar ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu fl-UE. L-għan kien li jgħin lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jieħdu miżuri jew ifasslu linji ta' azzjoni kontra r-razziżmu u l-ksenofobja. L-EUMC studja l-firxa u l-iżvilupp tar-razziżmu u l-ksenofobija, u analizza l-kawżi, il-konsegwenzi u l-effetti tagħhom. Dan inkiseb prinċiparjament permezz tan-netwerk Ewropew ta' tagħrif dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija (RAXEN), li ġabar it-tagħrif rilevanti fil-livell nazzjonali. L-EUMC żviluppa strateġiji li jikkumbattu r-razziżmu u l-ksenofobija, filwaqt li enfasizza u xerred eżempji ta' prattika tajba fit-trattament ta' dawn il-kwistjonijiet importanti.

Stabbilita: 2007

Morten Kjaerum
Direttur

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ