Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) >>
Villa Gualino
Viale Settimio Severo 65
I-10133 Torino
Italia
Tel: +39 011 630 22 22
Fax: +39 011 630 22 00
Kuntatt
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) tgħin lill-pajjiżi msieħba jimmodernaw is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ sabiex jagħtu lil nieshom l-għarfien, is-snajja' u kapaċitajiet oħra meħtieġa f'ekonomiji u soċjetajiet dinamiċi. Inqisu l-edukazzjoni u t-taħriġ bħala parti minn sistema sħiħa ta' tagħlim.
Naħdmu mal-pajjiżi li jmissu mal-UE taħt il-programmi ta' kooperazzjoni varji tagħha:
- il-proċess ta' tkabbir (l-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Kosovo, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija)
- Politika Ewropea tal-Viċinat (l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija, l-Ukraina, u t-Territorji Okkupati tal-Palestinjana.
- il-partenarjat bejn l-UE u r-Russja
- pajjiżi fl-Ażja Ċentrali (Każakstan, Kirgiżistan, Tajikistan, Turkmenistan u Użbekistan).
Naħdmu fuq proġetti f'għadd kbir ta' oqsma, inklużi:
- tagħlim tul il-ħajja
- impjegabbilità u kompetittività
- taħriġ tal-għalliema
- assigurazzjoni tal-kwalità
- aċċess ugwali għan-nisa u l-gruppi ta' minoranza
- oqfsa ta' kwalifiki
- tagħlim dwar l-intraprenditorija
- kapaċitajiet għat-tnaqqis tal-faqar
- teknoloġija fit-tagħlim
- tmexxija u trasparenza
- profili ta' kapaċitajiet tal-immigranti
F'dan il-kuntest, aħna:
- nipprovdu tagħrif, parir u għajnuna lill-UE fl-iżvilupp tal-politiki tar-riżorsi umani f'pajjiżi msieħba
- nappoġġjaw lill-partijiet interessati rilevanti fil-pajjiżi msieħba biex jibnu l-kapaċità fl-iżvilupp tar-riżorsi umani;
- ngħinu biex inwasslu l-għajnuna tal-UE lill-partijiet interessati f'pajjiżi msieħba
- inħeġġu n-netwerking u t-tqassim tal-informazzjoni, l-esperjenza u l-prattika tajba - kemm bejn l-UE u l-pajjiżi sħab, kif ukoll fost il-pajjiżi sħab.
Bħala ċentru internazzjonali tal-esperjenza, naħdmu mal-gruppi tal-partijiet interessati rilevanti biex nippromwovu u niffaċilitaw il-kooperazzjoni, l-iżvilupp tal-għarfien u l-iskambji ta' esperjenza fil-qasam tagħna. Dawn jinkludu:
- dawk responsabbli mill-politika, pratikanti u donaturi fl-UE, il-pajjiżi membri u l-pajjiżi sħab.
- Istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali bħal organizzazzjonijiet ta' donazzjoni bilaterali fil-pajjiżi tal-UE, il-Bank Dinji, l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' Kooperazzjoni Ekonomika (OECD) u l-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.
Twaqqfet: 1994
Madlen Serban,
Direttur