L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) >>
Cais do Sodré
P-1249-206 Lisboa
Portugal
Tel: +351 21 1209 200
Fax: +351 21 1209 210
Kuntatt
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
L-EMSA tipprovdi għajnuna teknika u appoġġ għall-UE u l-pajjiżi membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' liġijiet tal-UE dwar is-sikurezza marittima, it-tniġġis mill-vapuri u s-sigurtà marittima.
L-EMSA għandha wkoll ir-responsabbiltajiet għall-prevenzjoni u r-reazzjoni tat-tixrid taż-żejt, għas-sorveljanza tal-bastimenti u l-identifikazzjoni u t-traċċar mill-bogħod ta' bastimenti (LRIT).
Attivitajiet tal-EMSA
Spezzjonijiet tekniċi:
- għajnuna fil-valutazzjoni ta' Soċjetajiet ta' klassifikazzjoni elenkati bħala "Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti” mill-pajjiżi membri tal-UE
- għajnuna fil-valutazzjoni ta' edukazzjoni marittima u s-sistemi ta' ċertifikazzjoni f'pajjiżi barra mill-UE
- verifikar li vapuri deħlin fil-portijiet tal-UE jkunu spezzjonati kif xieraq
- spezzjonar ta' sistemi ta' sorveljanza tat-traffiku tal-bastimenti nazzjonali, u l-faċilitajiet tal-iskart fil-portijiet u xogħol fuq pjanijiet fl-UE
- forniment ta' għajnuna fil-kisba tal-investigazzjoni konsistenti ta' aċċidenti fil-baħar madwar l-UE kollha
- taħriġ u skambju tal-aħjar metodi fis-sikurezza marittima, is-sigurtà u l-kwistjonijiet ambjentali.
Servizzi ta’ informazzjoni marittima:
- Il-monitoraġġ tat-traffiku ta' bastimenti fl-ilmijiet tal-UE (SafeSeaNet)
- Iċ-Ċentru tad-Dejta kooperattiva tal-UE LRIT
għall-bastimenti kollha bil-bandiera tal-UE madwar id-dinja
- L-iskambju internazzjonali tad-Dejta LRIT
għaċ-ċentri tad-dejta LRIT madwar id-dinja
- Monitoraġġ bis-satellita tat-tixrid taż-żejt (CleanSeaNet)
- Is-sistema tal-informazzjoni THETIS
tappoġġa reġim ta' spezzjoni tal-kontroll mill-Istat tal-port
Reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar:
- Fi żmien siegħa wara tixrid qawwi ta' żejt, l-EMSA tista’ tibgħat bastimenti biex jipprovdu servizzi ta' rkupru taż-żejt fuq il-baħar fi kwalunkwe pajjiż tal-UE.
Stabbilita: 2002
Direttur: Markku Mylly