Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) >>
BEREC Office
Z.A. Meierovica Bulvaris 14
LV-1050 Riga
Latvija
Tel: +371 6611 7590
Kuntatt
Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC)
BEREC inħoloq biex:
- jippromwovi l-implimentazzjoni konsistenti tar-regolament tal-UE biex b'hekk tittejjeb il-ħidma tas-suq uniku
- jieħu post il-Grupp Ewropew tar-Regolaturi (ERG), li kien jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs) jiskambjaw l-esperjenzi u l-aħjar metodi u jagħtu opinjonijiet dwar il-ħidma tas-suq tal-UE tat-telecoms
- jgħin lill-Kummissjoni Ewropea u l-NRAs jimplimentaw ir-regolamenti tal-UE dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi
- jipprovdi konsulenza lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-UE
- jikkomplementa fuq livell Ewropew il-kompiti regolatorji li jwettqu l-NRAs.
BEREC jikkonsisti f'Bord ta' Regolaturi magħmul mill-kapijiet tas-27 NRAs u uffiċċju tal-appoġġ. L-uffiċċju huwa entità uffiċjali tal-UE. Jitmexxa minn kumitat fejn huma rappreżentati l-NRAs kollha u l-Kummissjoni.
Il-kompiti tal-uffiċċju ta' Berec jinkludu:
- li jipprovdi servizzi ta' appoġġ professjonali u amministtivi lil BEREC
- li jiġbor u jxerred l-informazzjoni mill-NRAs
- li jiddistribwixxi l-aħjar metodi regolatorji fost l-NRAs (metodi komuni, metodoloġiji, linji gwida għall-implimentazjzoni tar-regolamenti tal-UE, eċċ.)
- li jgħin liċ-chairperson fit-tħejjija tax-xogħol tal-Bord tar-Regolaturi
- li joħloq u jappoġġa gruppi ta' ħidma esperti.
Reglament 1211/2009 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi 
Maniġer amministrattiv: Ando Rehemaa