Mogħdija tan-navigazzjoni
Missjoni
Europol hi l-aġenzija għall-inforzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea li timmaniġġja l-iskambju u l-analiżi tal-intelliġenza kriminali. Il-missjoni tagħha hi li ttejjeb l-effettività u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-inforzar tal-liġi tal-UE fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kriminalità internazzjonali serja u t-terroriżmu, bl-għan li l-Ewropa tkun aktar sikura għaċ-ċittadini tal-UE.
Mandat
Europol bdiet l-attivitajiet sħaħ tagħha fl-1 ta’ Lulju 1999 wara r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar Europol mill-Istati Membri tal-UE kollha. Fl-1 ta' Jannar 2010 Europol saret aġenzija sħiħa tal-UE b'qafas legali ġdid u b'mandat imsaħħaħ, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Europol, li ħadet post il-Konvenzjoni dwar Europol.
Europol tappoġġa l-attivitajiet ta' rinforzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-UE f'oqsma bħalma huma:
Europol tappoġġa lill-Istati Membri billi:
Europol hi attiva wkoll fil-promozzjoni tal-analiżi kriminali u fl-armonizzazzjoni tat-tekniki u t-taħriġ investigattivi fl-Istati Membri.
| Direttur | Rob WAINWRIGHT |
| Aġent Direttur | Michel QUILLÉ |
| Segretarju tal-Bord tal-Ġestjoni | Alfredo NUNZI |
| President tal-Entità Konġunta ta' Superviżjoni | Isabel CRUZ |
Indirizz postali:
Postbus 90850
2509 LW The Hague
The Netherlands