Mogħdija tan-navigazzjoni
Hemm aktar minn 30 aġenzija f'pajjiżi differenti tal-UE. Għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, speċjalment għal kompiti tekniċi, xjentifiċi, operattivi u/jew regolatorji. L-aġenziji jagħtu ċans aħjar lill-istituzzjonijiet tal-UE, speċjalment il-Kummissjoni, biex jikkonċentraw fuq it-tfassil tal-politika.
L-aġenzji jappoġġjaw ukoll il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali f'oqsma ta' politika importanti, billi jiġbru għarfien espert tekniku u speċjalizzat kemm mill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali.
L-aġenziji deċentralizzati huma entitajiet legali indipendenti taħt il-liġi pubblika Ewropea, separati mill-Istituzzjonijiet tal-UE (il-Kunsill, il-Parlament, il-Kummissjoni eċċ.).
Minħabba li l-aġenziji twaqqfu każ b'każ matul is-snin, biex jirrispondu għall-ħtiġijiet ta’ politika emerġenti individwali, qed joperaw f'kundizzjonijiet differenti sew. Fl-2012 l-UE rranġat dan billi adottat sett komprensiv ta' prinċipji ta' gwida - "strateġija komuni" – li jagħmlu l-aġenziji aktar koerenti, effettivi u responsabbli.
Dan il-qafas il-ġdid kien ir-riżultat ta' analiżi ta' grupp ta' ħidma tal-UE dwar il-governanza, il-funzjonament u s-sorveljanza tal-aġenziji, ibbażat fuq għadd ta’ rapporti u studji, inkluż evalwazzjoni esterna komprensiva.