Mogħdija tan-navigazzjoni
Covent Garden
Place Charles Rogier/Charles Rogierplein 16
B-1210 Bruxelles/Brussel
Belgique/België
Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC) jagħmel parti mis-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka (FP7) tal-UE. B'baġit totali ta' 7.5 biljun Ewro għall-perjodu 2007-2013, inħoloq mill-Kummissjoni Ewropea fi Frar 2007, fuq il-bażi tal-programm speċifiku tal-FP7 "IDEAT", biex jappoġġja r-riċerka fuq il-fruntieri tal-għarfien.
L-għan prinċipali tiegħu huwa l-eċċellenza xjentifika fl-Ewropa billi jappoġġja u jħeġġeġ l-aqwa xjentisti, akkademiċi u inġiniera kreattivi, li huma mistiedna jibagħtu l-proposti individwali tagħhom fi kwalunkwe qasam tar-riċerka.
L-ERC jikkonsisti f'Kunsill Xjentifiku indipendenti u Aġenzija Eżekuttiva li taġixxi f'isem il-Kummissjoni Ewropea. Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC jiddefinixxi l-istrateġija u l-metodoloġiji xjentifiċi, filwqt li l-Aġenzija Eżekuttiva tal-ERC timplimenta u tapplika dwan l-istrateġiji u metodoloġiji fit-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-ERC fil-kuntest legali tal-FP7.
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-ERC ġiet stabbilita formalment f'Diċembru 2007 u kisbet awtonomija amministrattiva fil-15 ta' Lulju 2009.
L-ERC jopera b'mod trasparenti b'awtonomija u integrità li hija garantita mill-Kummissjoni Ewropea, li hija responsabbli għalih. Il-Kummissjoni Ewropea tassumi r-responsabbiltà finali tat-twettiq tal-FP7 u l-baġit tiegħu.
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-ERC tmexxi dawn il-ħidmiet:
Direttur ad interim: Pablo Amor
Indirizz postali:
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka
COV2 24/164
BE-1049 Brussell
Email: erc-info@ec.europa.eu
(Affarijiet tal-istampa: rtd-erc-press@ec.europa.eu)
Sitweb: http://erc.europa.eu