Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) >>
Infopark 1/E
Neumann Janos utca
1117 Budapest
Magyarország/Hungary
Tel: +36 14 819 300
Kuntatt
Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
Attivitajiet tal-EIT
-
Komunitajiet ta' Għerf u ta' Innovazzjoni (KICs):
- huma strutturi integrati li jorbtu ma' xulxin lill-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u s-setturi tan-negozji
- jiffokaw fuq it-temi ta' prijorità b'implikazzjonijiet ewlenin għas-soċjetà
- iressqu viċin xulxin lill-persuni bi speċjalizzazzjonijiet differenti biex jaħdmu flimkien f'timijiet f'17-il lokalità ("ċentri ta' kolokazzjoni") fl-Ewropa kollha
- jimplimentaw proġetti speċifiċi, programmi edukattivi, skemi ta' finanzjament, eċċ.
Il-KICs korrenti (2011) huma: Tibdil u Mitigazzjoni tal-Klima (Klima-KIC), Enerġija sostenibbli (KIC InnoEnerġija) u Teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (il-Laboratorji tal-EIT ICT).
-
Intraprenditorija
L-EIT għandu l-għan li joħloq il-kundizzjonijiet adatti għall-kultura ta' intraprenditorija li tirnexxi billi:
- jinkuraġġixxi bidla kulturali fil-mod kif jitqiesu l-intrapreditorija u t-teħid tar-riskju
- jappoġġa l-intraprenditorija permezz ta' attivitajiet bħar-Roundtable tal-EIT għall-Intraprendituri u l-Premju tal-EIT.
Edukazzjoni
L-EIT qed jiżviluppa programmi għall-Masters u l-PhD flimkien ma' tliet KICs u l-imseħbin tagħhom. L-għan hu li tinħoloq marka ta' eċċellenza tal-EIT fost l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja Ewropej, li għandha tiċċertifika lill-korsijiet tal-EIT bħala fuq quddiem nett fit-twassil ta' riżultati ta' kwalità għolja u innovattivi.