Mogħdija tan-navigazzjoni

EUROPA – Politika dwar il-links

Tista' tagħmel link għal EUROPA minn kwalunkwe sit estern jekk tilħaq dawn il-kundizzjonijiet:

  • Fejn possibbli, il-links għandhom ikunu mmarkati b'logos uffiċjali u/jew trademarks li huma proprjetà ta' jew/u liċenzjati mill-istituzzjonijiet Ewropej u għandhom ikunu konformi mal-istruzzjonijiet provduti.
    Jekk ma tistax tuża logos jew trademarks, tista' tuża links bit-test (pereżempju: “Għal aktar tagħrif, ara l-websajt EUROPA"), suġġetti għall-kundizzjonijiet hawn taħt.
  • Jistgħu jsiru links biss għal paġni li juru l-Avviż Legali ta' EUROPA
  • Meta l-utenti jaċċessaw EUROPA minn link estern, għandu jkun totalment ċar li huma jkunu qed jaraw l-informazzjoni li hi bla ħlas u li mhix esklużiva.
  • Il-links m'għandhomx jagħtu l-impressjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE iħaddnu jew jappoġġaw l-għanijiet jew il-kontenut tas-sit ospitanti jew l-organizzazzjoni li tiġġestiha.
  • Jekk il-links isiru minn websajt ibbażata fuq il-frejms, il-paġni m'għandhomx jintwerew bħala frejms fuq dak is-sit b'tali mod li jistgħu jiżgwidaw lill-utenti rigward l-oriġini veru tagħhom.
  • Hekk kif tagħmel link magħna, innotifika lill-webmaster ta' EUROPA billi tibgħat il-URL tal-paġna fejn jidher il-link, biex inkunu nistgħu nivverifikaw jekk is-sit tiegħek mexiex fuq il-punti 1-5 hawn fuq.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?