Mogħdija tan-navigazzjoni

EUROPA – Politika dwar il-lingwa

L-għan tagħna hu li nipprovduk b'informazzjoni fil-lingwa tiegħek - jew f'lingwa li tifhem - skont x'tip ta' informazzjoni tkun qed tfittex.

Il-lingwi uffiċjali tal-UE

Il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol u l-Isvediż.

Lingwi uffiċjali oħra użati fil-pajjiżi tal-UE

Lingwi inkluż il-Valenzjan/il-Katalan, il-Bask, il-Galizjan u l-Welsh se jkunu koperti minn regoli speċjali fil-futur. L-arranġamenti qed jiġu nnegozjati mal-pajjiżi kkonċernati, li se jħallsu l-ispiża huma stess.

Tipi ta' informazzjoni u politika dwar il-lingwa

  • Leġiżlazzjoni u dokumenti politiċi ewlenin
    Ippubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
  • Dokumenti uffiċjali
    Disponibbli f'tal-inqas dawk il-lingwi li kienu uffiċjali fid-data tal-pubblikazzjoni. Id-dokumenti li mhumiex vinkolanti huma ġeneralment ippubblikati bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.
  • Informazzjoni ġenerali
    Ippubblikata fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
  • Informazzjoni urġenti jew b’validità qasira
    Tidher f’lingwa waħda inizjalment, minħabba l-udjenza fil-mira speċifika. Lingwi oħra jistgħu jiġu miżjuda aktar tard, skont il-bżonnijiet tal-utenti.
  • Informazzjoni speċjalizzata (informazzjoni teknika, kampanji, sejħiet għal offerti) u aħbarijiet / avvenimenti
    Disponibbli f’numru ristrett ta’ lingwi jew anki biss f'lingwa waħda – l-għażla tiddependi fuq l-udjenza mmirata.

Għaliex paġna tal-web partikolari mhix disponibbli fil-lingwa tiegħek?

L-utenti ta’ EUROPA xi kultant ikunu sorpriżi li ma jistgħux isibu paġna partikolari fuq EUROPA f’lingwa partikolari.

Dan jista’ jkun sempliċiment għax għadna ma sibniex il-ħin nittraduċu kollox – speċjalment fejn il-lingwi tal-pajjiżi li ssieħbu fl-2004, l-2007 u l-2013 huma konċernati.

Iżda xi siti huma disponibbli biss f'żewġ jew tliet lingwi - jew saħansitra f'lingwa waħda biss (normalment bl-Ingliż).

Ġeneralment, il-lingwi disponibbli fuq EUROPA jiddependu fuq dawn il-limiti:

  • It-traduzzjoni – għandna biss aċċess għal numru limitat ta' tradutturi u baġit limitat għat-traduzzjoni (il-flus ta' dawk li jħallsu t-taxxa).
  • L-importanza – liġijiet u dokumenti ta’ interess pubbliku maġġuri għandhom ikunu disponibbli pubblikament, għalhekk jidhru fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.
    Dokumenti oħra jidhru biss fil-lingwi meħtieġa (eż. għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet jew individwi).
  • Il-kosteffettività – biex niffrankaw il-flus ta’ dawk li jħallsu t-taxxa, is-siti speċjalizzati ħafna b’numru ristrett ta’ utenti ma jiġux ippubblikati fil-lingwi kollha. Il-prijorità hija li nipprovdu informazzjoni mmirata b’mod rapidu u effiċjenti - anke jekk xi utenti se jkollhom jaqrawha f’lingwa barranija.
  • L-urġenza – xi informazzjoni hi għall-konsum immedjat. Aħna nippubblikaw it-test l-ewwel f’lingwa waħda jew fi ftit lingwi biss (filwaqt li nqisu l-udjenza fil-mira) u nżidu lingwi oħrajn aktar tard, f’pass wieħed jew aktar.
  • Il-limiti tekniċi – il-ġestjoni ta’ sit f’aktar minn 20 lingwa tinvolvi aktar nies u flus.

Fid-dawl ta' dan, is-sit EUROPA se japplika dejjem iżjed dan il-metodu:

  • L-ewwel u t-tieni livelli ta' kull sit se jkun fihom informazzjoni ġenerali valida fit-tul għall-pubbliku inġenerali, fil-lingwi uffiċjali kollha.
  • Il-paġni b’informazzjoni valida għal żmien qasir ħafna jew speċjalizzata ġeneralment se jidhru fi ftit lingwi - jew anke waħda biss - skont il-qarrejja.

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?