Mogħdija tan-navigazzjoni

Dwar EUROPA

Xi jsir bl-informazzjoni li tibagħtulna

Nirċievu l-opinjoni ta' dawk li jużaw il-websajt tal-Unjoni Ewropea f’erba’modi:

  • Formola li tgħinna nsiru aħjar – nirċievu sa 3,000 kumment fil-ġimgħa permezz ta' din il-formola.
  • Stħarriġ - staqsejna 1 minn kull 20 viżitatur li jidħlu fis-sit għadd ta' mistoqsijiet qosra.
  • Formola tal-kuntatt - formola tal-kummenti li n-nies jistgħu jibagħtulna b'email u jirċievu risposta.
  • Ittestjar tal-utenti – norganizzaw regolarment testjar tal-utent fuq is-sit tagħna biex ikollna rispons dwar is-"sit live" jew fuq paġni li jkunu għadhom prova u taqsimiet li nkunu qed naħdmu fuqhom. Nużaw ukoll tekniki oħra ta' riċerka tal-utent bħall-istudji fil-qasam, prototipi tad-dokumenti u card-sorting.

Dawn il-kummenti u s-suġġerimenti kollha jiġu tradotti (awtomatikament) fil-lingwi li naqraw u mbagħad nanalizzawhom. Infittxu problemi ripetittivi u nagħmlu tibdiliet kontinwament. Dan jista' jfisser iż-żieda ta' link, it-tibdil ta' deskrizzjoni ta' link jew is-sejba ta' modi oħra kif ngħinu lill-pubbliku jsib l-informazzjoni li qed ifittex.

Mela x'inhuma t-tibdiliet li għamilna reċentement?

Paġni ġodda

  • Aġġornajna l-paġni tal-Ħajja Tiegħek fl-UE. Madwar 10-15% tal-viżitaturi fuq il-websajt tagħna jfittxu tagħrif prattiku dwar kif tmur tgħix barra minn pajjiżek, ix-xiri, l-ivvjaġġar eċċ., għalhekk xtaqna nagħmluha faċli kemm jista' jkun biex wieħed jasal għall-informazzjoni.
  • Għamilna informazzjoni ta' kuntatt iktar ċara u poġġejniha f’kaxxa fuq il-paġni kollha. Xtaqna li l-utenti jkollhom metodu faċli biex iċemplu l-call centre tal-UE jew jibagħtu email jekk jeħlu u ma jsibux soluzzjoni għall-mistoqsijiet tagħhom. Għamilna wkoll l-informazzjoni tal-kuntatt għal kull istituzzjoni tal-UE iktar ċara u żidna links għall-midja soċjali. Pereżempju, fuq il-paġna tal-Parlament Ewropew, għandek links għal Facebook, Twitter, YouTube u midja soċjali oħra.
  • Irristrutturajna wkoll il-paġni Ħu Sehem , fejn nagħtu links għall-UE fuq il-midja soċjali (il-lista qed tikber!) u wkoll għamilna mill-ġdid paġna tal-premjijiet u l-kompetizzjonijiet.

X'qegħdin inħejju?

Qegħdin b'mod kontinwu nfittxu modi kif intejbu s-sit europa.eu u hemm maħsubin ħafna tibdiliet.

Biex nagħtu ftit eżempji:

  • Qed naġġornaw il-mappa tal-UE u l-informazzjoni dwar il-pajjiżi li jissieħbu fl-UE. Dan huwa tagħrif popolari ħafna fuq is-sit u nafu minn testijiet mal-utenti u r-rispons li nirċievu li nistgħu nagħmlu ħafna aktar.
  • Għadna qed naħdmu fuq tibdil biex il-paġna ewlenija tkun iktar ċara. Se nneħħu xi elementi li nafu li ma jintużawx spiss u nippruvaw nenfasizzaw aħjar l-affarijiet l-aktar importanti (ir-raġunijiet għalfejn il-viżitaturi jiġu fis-sit).
  • Tkompli l-ħidma biex intejbu t-taqsima tal-Pubblikazzjonijiet u d-dokumenti. Mhux faċli tfittex dokumentazzjoni tal-UE u qed nippruvaw nissimplifikaw it-taqsima. Organizzajna test ta' card-sorting ma' grupp ta' utenti biex niskopru kif l-aħjar norganizzaw din it-taqsima.
  • Qed inkomplu ntejbu l-istruttura ta' 35 paġna politika. Diġà aġġornajna t-testi fi 23 lingwa iżda issa qed infittxu modi kif intejbu l-format.
  • Se nniedu taqsima ġdida dwar kif Tagħmel in-Negozju fl-UE.
  • It-tim ta' traduzzjoni tagħna diġà qed iħejji traduzzjoni tas-sit bil-Kroat peress li l-Kroazja se tissieħeb fl-UE s-sajf li ġej.

Jekk tixtieq tagħtina informazzjoni dwar is-sit jekk jogħġbok ħalli l-kumment tiegħek fil-kaxxa ta' stħarriġ jew ikkuntattjana permezz tal-formola ta' rispons tagħna.

It-tim f'waħda mil-laqgħat regolari tagħna għandu jiddiskuti r-rispons tal-utenti:

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ