X'inhi EUROPA?
EUROPA hi l-websajt uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (UE). Inħolqot fl-1995. B'mod ġenerali, tippermetti 3 affarijiet lill-utenti:
- tagħtihom informazzjoni dwar l-UE u ħidmietha
- tagħtihom rispons dwar il-politiki, l-attivitajiet u s-servizzi
- jistgħu jagħmlu ċerti tranżazzjoniji – jagħmlu offerti, japplikaw għal impjieg, jinkitbu f'avvenimenti, jordnaw jew jixtru dokumenti, eċċ.
Kemm hi aġġornata EUROPA?
Min hemm wara EUROPA?
EUROPA mhix websajt unika, iżda ġabra ta' madwar 150 sit differenti, kull wieħed ġestit indipendentament minn istituzzjonijiet, Aġenziji u entitajiet tal-UE differenti kif ukoll mid-dipartimenti individwali (id-Direttorati Ġenerali) tal-Kummissjoni.
Il-paġni importanti jew ta' aċċess kollha huma amministrati mill-Kummissjoni Ewropea, flimkien ma' istituzzjonijiet Ewropej oħra.
F'liema lingwi hi disponibbli EUROPA?
L-għan tagħna hu li nipprovduk b'informazzjoni fil-lingwa tiegħek, jew f'lingwa li tifhem, skont x'tip ta' informazzjoni tkun qed tfittex.
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE
Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Irlandiż, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Taljan, Ungeriż u Żvediż.
Lingwi uffiċjali oħra tal-pajjiżi tal-UE
Il-futur se jkun hemm regoli ġodda bħall-Valenzjan/il-Katalan, il-Bask, il-Galizjan, eċċ. Qed jiġu n-negozjati arranġamenti mal-pajjiżi kkonċernati, li għandhom jassumu r-responsabbiltà finanzjarja involuta.
Il-lingwi li fihom hi ppubblikata informazzjoni differenti fuq EUROPA
-
Il-leġiżlazzjoni u dokumenti ta' importanza politika
Ippubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha. -
Dokumenti uffiċjali
Disponibbli f'tal-inqas dawk il-lingwi li kienu uffiċjali fid-data tal-pubblikazzjoni. Id-dokumenti li mhumiex vinkolanti huma ġeneralment ippubblikati bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. -
Informazzjoni ġenerali
Ippubblikata bi tnax-il lingwa uffiċjali ġodda (mill-2004-07: il-Bulgaru, iċ-Ċek, l-Estonjan, l-Ungeriż, l-Irlandiż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven) kif u meta tkun tradotta. -
Informazzjoni urġenti jew valida għal żmien qasir ħafna
Mhix ippubblikata fil-lingwi kollha. -
Informazzjoni speċjalizzata (informazzjoni teknika, kampanji, sejħiel għal-offerti) u aħbarijiet / avvenimenti
Mhux neċessarjament ippubblikata fil-lingwi kollha. L-għażla tiddependi fuq l-udjenza mmirata.
Tistgħaġeb li xi informazzjoni mhix disponibbli fil-lingwa tiegħek?
L-utenti ta' EUROPA ħafna drabi jistgħaġbu li xi paġna ta' EUROPA mhix disponibbli fil-lingwa tagħhom.
Speċjalment għal-lingwi li ngħaqdu reċentement mal-UE (fl-2004 u l-2007), dan jiġri sempliċiment għax għadna ma sibniex il-ħin nittraduċu kollox.
Iżda xi siti huma disponibbli biss fi 3, 2 jew saħansitra lingwa waħda biss (normalment bl-Ingliż).
Ġeneralment, il-lingwi disponibbli fuq EUROPA jiddependu fuq dawn il-limiti:
- it-traduzzjoni - għandna biss (aċċess għal) numru limitat ta' tradutturi u baġit limitat għat-traduzzjoni (il-flus ta' dawk li jħallsu t-taxxa)
-
l-importanza legali - il-pubbliku għandu jkollu aċċess għal-leġiżlazzjoni kollha u dokumenti ta' importanza/interess pubbliku ewlieni, għalhekk dawn jiġu prodotti fil-lingwi uffiċjali kollha.
Id-dokumenti l-oħra jiġu tradotti biss fil-lingwi ("ta' ħidma") meħtieġa (per eżempju, komunikazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali, organizzazzjonijiet jew individwi) - l-infiq effettiv – biex niffrankaw il-flus ta' dawk li jħallsu t-taxxa, għal siti speċjalizzati ħafna kkonsultati biss minn numru relattivament żgħir ta' persuni, naraw li niżguraw li ħafna minnhom jifhmu l-essenza tal-informazzjoni, anke jekk xi wħud ikollhom jaqraw id-dokumenti uffiċjali f'lingwa barranija
- l-urġenza - biex tkun rilevanti, ċertu tip ta' informazzjoni trid tiġi ppubblikata malajr. Minħabba li t-traduzzjoni tieħu l-ħin, nippreferu nippubblikaw malajr fil-lingwi miftiehma mill-ikbar numru ta' Ewropej, minflok ma nistennew it-traduzzjonijiet fil-lingwi kollha
- il-limiti tekniċi - il-ġestjoni ta' sit f'iktar minn 20 lingwa hi ferm kumplessa, u teħtieġ ħafna riżorsi umani u finanzjarji
Meta tqis dan kollu, se nimplimentaw bil-mod il-mod dan l-approċċ:
- l-ewwel u t-tieni livelli ta' kull sit se jkunu paġni sempliċi u stabbli li jagħtu informazzjoni għall-pubbliku in ġenerali, fil-lingwi uffiċjali kollha.
It-traduzzjonijiet se jkunu ppubblikati malajr fil-11-il lingwa ta' qabel l-2004 u iktar bil-mod għal-lingwi iktar ġodda - il-paġni b'informazzjoni valida għal żmien qasir ħafna jew speċjalizzata se jkunu ġenerlament ippubblikati (fejn possibbli) fit-3 lingwi l-iktar mitkellma fl-UE (l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż), għalkemm jaf jintużaw inqas lingwi (jew lingwi oħrajn), skont l-udjenza
Fejn nista' nsib informazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur fuq EUROPA?
L-informazzjoni fuq is-sit EUROPA hi suġġetta għal rinunċja u nota tad-dritt tal-awtur.
Ġenerlament, jekk ma jkunx indikat xort'oħra, l-informazzjoni mis-sit tista' tiġi riprodotta bil-kundizzjoni li s-sors ikun rikonoxxut.
Kif nagħmel link għal EUROPA?
Tista' tagħmel link għal EUROPA minn kwalunkwe sit estern jekk tilħaq dawn il-kundizzjonijiet:
- Fejn possibbli, il-links għandhom ikunu mmarkati b'logos uffiċjali u/jew trademarks li huma proprjetà ta' jew/u liċenzjati mill-istituzzjonijiet Ewropej u għandhom ikunu konformi mal-istruzzjonijiet provduti.
Jekk ma tistax tuża logos jew trademarks, tista' tuża links bit-test (per eżempju: “Għal aktar tagħrif, ara l-websajt EUROPA"), suġġetti għall-kundizzjonijiet hawn taħt. - Jistgħu jsiru links biss għal paġni li juru l-Avviż Legali ta' EUROPA
- Meta l-utenti jaċċessaw EUROPA minn link estern, għandu jkun totalment ċar li huma jkunu qed jaraw l-informazzjoni li hi bla ħlas u li mhix esklużiva.
- Il-links m'għandhomx jagħtu l-impressjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE iħaddnu jew jappoġġaw l-għanijiet jew il-kontenut tas-sit ospitanti jew l-organizzazzjoni li tiġġestiha.
- Jekk il-links isiru minn websajt ibbażata fuq il-frejms, il-paġni m'għandhomx jintwerew bħala frejms fuq dak is-sit b'tali mod li jistgħu jiżgwidaw lill-utenti rigward l-oriġini veru tagħhom.
- Hekk kif tagħmel link magħna, innotifika lill-webmaster ta' EUROPA billi tibgħat il-URL tal-paġna fejn jidher il-link, biex inkunu nistgħu nivverifikaw jekk is-sit tiegħek mexiex fuq il-punti 1-5 hawn fuq.
EUROPA hi aċċessibbli għal kulħadd?
Fl-2001, il-Kummissjoni wiegħdet li tagħmel EUROPA iktar aċċessibbli għall-anzjani u l-persuni b'diżabilitajiet.
Il-modi kif qed tagħmel dan jinsabu fid-dokument ta' politika tal-UE - websajts tal-UE aċċessibbli
[102KB]
Diġà beda x-xogħol biex isiru paġni ġodda u aġġornati ta' EUROPA konformi mal-livell ta' konformità A, li jfisser li jissodisfaw il-kriterji ta' prijorità 1 kollha fil-Linjigwida tal-Aċċessibilità tal-Kontenut tal-Web li huma aċċettati b'mod internazzjonali, maħruġa mill-proġett għal Inizjattiva dwar l-Aċċessibilità tal-Web (WAI).
Xi siti importanti ta' EUROPA (bħall-paġni ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea) diġà jilħqu l-livell ta' konformità A u għandhom logo li juri dan.

