Mogħdija tan-navigazzjoni

EUROPA – Apprendistati għal gradwati, lingwisti u studenti

L-istituzzjonjiet Ewropej joffru varjetà wiesgħa ta' apprendistati għall-istudenti u l-gradwati. Dawn jipprovdu intuwiti uniċi u diretti tal-ħidmiet tal-istituzzjonijiet u l-attivitajiet ġenerali tal-UE. Opportunitajiet b'perjodi ta' żmien varji huma disponibbli f'ħafna postijiet differenti.

Apprendistati skont l-istituzzjonijiet

Bank Ċentrali Ewropew

Gradwati universitarji bi speċjalizzazzjoni fl-ekonomija, il-finanzi, l-istatistika, l-amministrazzjoni tan-negozju, il-liġi, ir-riżorsi umani jew it-traduzzjoni

Min jista’ japplika: ċittadini tal-UE li lestew tal-inqas l-ewwel ċiklu tal-istudji universitarji u kisbu lawrja
Tul: 3-12 xhur
Fejn: Frankfurt am Main

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Bank Ċentrali EwropewEnglish

Bank Ewropew tal-Investiment

Gradwati universitarji

Min jista' japplika: gradwati universitarji b'inqas minn sena esperjenza professjonali
Tul: 1-5 xhur
Fejn: l-aktar il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Bank Ewropew tal-InvestimentDeutschEnglishfrançais

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Gradwati universitarji

Min jista' japplika: gradwati universitarji li lestew tal-inqas tliet snin ta' studju
Tul: 5 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali EwropewEnglishfrançais

Min jista' japplika: gradwati universitarji li lestew tal-inqas tliet snin ta' studju jew studenti universitarji li jridu jagħmlu apprendistat bħala parti mill-istudji tagħhom
Tul: 1-3 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali EwropewEnglishfrançais

Kumitat tar-Reġjuni

Gradwati universitarji

Min jista' japplika: kandidati minn pajjiż membru tal-UE jew minn pajjiż li hu kandidat uffiċjali għall-adeżjoni, li lestew l-ewwel ċiklu tal-kors tal-edukazzjoni għolja tagħhom u kisbu lawrja sħiħa
Tul: 5 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kumitat tar-ReġjuniEnglish

Kummissjoni Ewropea

Gradwati universitarji

Min jista' japplika: kandidati li għandhom lawrja universitarja tal-inqas tliet snin studji universitarji (minimu ta' Baċċellerat)
Tul: 5 xhur
Fejn: Brussell, il-Lussemburgu, il-bliet kapitali tal-Istati Membri, id-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni f’pajjiżi li mhumiex Stati Membri

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kummissjoni EwropeaDeutschEnglishfrançais

Studenti universitarji (livell ta' Baċellerat, Master jew Dottorat)

Min jista' japplika: individwi b'Baċċellerat, Master jew Dottorat fi żmien 5 snin wara l-lawrja universitarja preċedenti
Tul: 3-5 xhur
Fejn: Ispra (l-Italja), Karlsruhe (il-Ġermanja), Geel (il-Belġju), Petten (l-Olanda) jew Sivilja (Spanja)

Aktar informazzjoni dwar apprendistati maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni EwropeaEnglish

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Gradwati universitarji

Min jista’ japplika: ċittadini tal-UE li lestew tal-inqas l-ewwel ċiklu tal-istudji universitarji u kisbu lawrja sħiħa
Tul: 5 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kunsill tal-Unjoni EwropeaEnglish

Ombudsman Ewropew

Gradwati universitarji fil-liġi

Min jista' japplika: gradwati fil-liġi li qegħdin fi stadju avvanzat ta' taħriġ professjonali jew riċerka fil-liġi Komunitarja
Tul: massimu ta' 4 xhur
Fejn: Strasburgu, Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Ombudsman Ewropew

Parlament Ewropew

Gradwati universitarji

Min jista' japplika: gradwati universitarji
Tul: 5 xhur
Fejn: Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu, l-uffiċċji ta' informazzjoni fl-Istati Membri

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Parlament Ewropew

Gradwati universitarji b'diżabbiltà

Min jista' japplika: gradwati universitarji u persuni bi kwalifiki inferjuri għal-livell universitarju b'diżabbiltajiet
Tul: 5 xhur
Fejn: l-aktar fi Brussell u l-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Parlament Ewropew

Qorti Ewropea tal-Awdituri

Lawrja ta' livell universitarju jew tal-inqas erba' semestri ta' studji universitarji f'qasam ta' interess għall-Qorti

Min jista’ japplika: studenti universitarji li jew ikollhom diploma ta' livell universitarju rikonoxxuta jew li spiċċaw tal-inqas erba’ semestri ta’ studji universitarji f’qasam ta’ interess għall-Qorti (Verifika / Baġit, Kontabilità / Amministrazzjoni, riżorsi umani / Traduzzjoni / Komunikazzjoni, relazzjonijiet internazzjonali / Liġi)
Tul: massimu ta' 5 xhur
Fejn: Il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Gradwati universitarji b'lawrja fil-liġi jew ix-xjenzi politiki

Min jista' japplika: gradwati b'lawrja fil-liġi jew fix-xjenzi politiki (iffukati fuq il-liġi)
Tul: 5 xhur
Fejn: Il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Studenti postgradwati (livell ta' Master jew Dottorat)

Min jista' japplika: kandidati li kisbu lawrja universitarja ekwivalenti għal Master jew livell ogħla f'qasam rilevanti għall-attivitajiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE (tal-inqas erba' snin ta' università)
Tul: 9-18-il xahar
Fejn: Delegazzjonijiet tal-UE

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni EsternaEnglishespañolfrançaisportuguêsportuguês

Fuq

Apprendistati skont l-istituzzjonijiet

Bank Ċentrali Ewropew

Studenti bi speċjalizzazzjoni fl-ekonomija, il-finanzi, l-istatistika, l-amministrazzjoni tan-negozju, il-liġi, ir-riżorsi umani u t-traduzzjoni

Min jista’ japplika: kandidati minn pajjiż membru tal-UE jew minn pajjiż li hu kandidat uffiċjali għall-adeżjoni, li lestaw tal-inqas l-ewwel ċiklu ta' studji universitarji tagħhom u kisbu lawrja sħiħa
Tul: 3-12-il xahar
Fejn: Frankfurt am Main

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Bank Ċentrali EwropewEnglish

Kummissjoni Ewropea

Studenti universitarji li jispeċjalizzaw fit-traduzzjoni

Min jista’ japplika: kandidati li lestew l-ewwel ċiklu tal-istudji universitarji u kapaċi jittraduċu fil-lingwa prinċipali tagħhom minn żewġ lingwi uffiċjali tal-UE (waħda minnhom trid tkun il-Franċiż, l-Ingliż jew il-Ġermaniż)
Tul: 5 xhur
Fejn: il-Lussemburgu, Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kummissjoni Ewropea DeutschEnglishfrançais

Parlament Ewropew

Gradwati universitarji b'għarfien tal-inqas tliet ilsna uffiċjali tal-UE

Min jista’ japplika: gradwati universitarji li għandhom għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta' pajjiż kandidat u għarfien tajjeb ta' żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-UE
Tul: 3 xhur (jistgħu jiġi estiżi b’eċċezzjoni għal perjodu massimu ta’ 3 xhur)
Fejn: Il-Lussemburgu

Studenti universitarji b'għarfien tal-inqas ta' tliet ilsna uffiċjali tal-UE

Min jista’ japplika: studenti li huma meħtieġa jagħmlu apprendistat bħala parti mill-kors ta' studju tagħhom u li għandhom għarfien perfett ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta' pajjiż kandidat u għarfien tajjeb ta' żewġ lingwi uffiċjali oħra tal-UE.
Tul: 1-3 xhur (jistgħu jiġu estiżi b’eċċezzjoni għal perjodu massimu ta’ 3 xhur)
Fejn: Il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Parlament Ewropew

Qorti Ewropea tal-Awdituri

Lawrja ta' livell universitarju jew tal-inqas erba' semestri ta' studji universitarji f'qasam ta' interess għall-Qorti

Min jista’ japplika: Studenti universitarji li kisbu lawrja universitarja rikonoxxuta jew li spiċċaw tal-inqas erba’ semestri ta’ studji universitarji f’qasam ta’ interess għall-Qorti (Verifika / Baġit, Kontabilità / Amministrazzjoni, riżorsi umani / Traduzzjoni / Komunikazzjoni, relazzjonijiet internazzjonali / Liġi)
Tul: massimu ta' 5 xhur
Fejn: Il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Interpreti tal-konferenzi li għadhom kif ikkwalifikaw

Min jista’ japplika: interpreti tal-konferenza li għadhom kif ġabu diploma fl-interpretazzjoni tal-konferenzi
Tul: minn 10 sa 12-il ġimgħa
Fejn: Il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni EwropeaEnglish

Fuq

Apprendistati skont l-istituzzjonijiet

Bank Ċentrali Ewropew

Studenti bi speċjalizzazzjoni fl-ekonomija, il-finanzi, l-istatistika, l-amministrazzjoni tan-negozju, il-liġi, ir-riżorsi umani u t-traduzzjoni

Min jista’ japplika: Studenti b’tal-anqas lawrja (Baċellerat), inklużi studenti tad-dottorat
Tul: 3-12-il xahar
Fejn: Frankfurt am Main

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Bank Ċentrali EwropewEnglish

Gradwati universitarji li lestew l-ewwel lawrja fl-ekonomija u jixtiequ jinkitbu għal programm Master's jew Dottorat fl-ekonomija

Min jista’ japplika: gradwati universitarji li lestew l-ewwel lawrja fl-ekonomija u jixtiequ jinkitbu għal programm Master's jew Dottorat fl-ekonomija ma' università internazzjonali ewlenija
Tul: 3-12-il xahar
Fejn: Frankfurt am Main

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Bank Ċentrali EwropewEnglish

Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea

Studenti universitarji, tal-Master's jew tad-Dottorat

Min jista’ japplika: Studenti li qed iħejju għal-lawrja, Master's jew Dottorat
Tul: 3-5 xhur
Fejn: Ispra (l-Italja), Karlsruhe (il-Ġermanja), Geel (il-Belġju), Petten (l-Olanda) jew Sivilja (Spanja)

Aktar dwar l-apprendistati maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni EwropeaEnglish

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Gradwati universitarji jew ta’ livell ekwivalenti

Min jista’ japplika: gradwati universitarji jew studenti tal-università li għandhom jagħmlu taħriġ obbligatorju bħala parti mill-istudji tagħhom
Tul: 1-3 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali EwropewEnglishfrançais

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Studenti universitarji tat-tielet, ir-raba' u l-ħames sena

Min jista’ japplika: studenti tat-tielet, ir-raba' jew il-ħames sena universitarja li għandhom jagħmlu taħriġ obbligatorju bħala parti mill-istudji tagħhom
Tul: 1-5 xhur
Fejn: Brussell

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Kunsill tal-Unjoni EwropeaEnglish

Parlament Ewropew

Studenti b'diploma tal-iskola sekondarja għolja

Min jista’ japplika: persuni li għandhom diploma tal-iskola sekondarja għolja li tikkorrispondi għal dħul fl-università; tingħata prijorità lill-istudenti li jridu jagħmlu apprendistat bħala parti mill-istudji tagħhom
Tul: 1-4 xhur

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Parlament Ewropew

Żjarat ta’ studju

Min jista’ japplika: ċittadini li jixtiequ jistudjaw suġġetti marbuta mal-integrazzjoni Ewropea
Tul: massimu ta' xahar

Aktar informazzjoni dwar iż-żjajjar ta' studju fil-Parlament Ewropew

Qorti Ewropea tal-Awdituri

studenti li spiċċaw tal-anqas erba' semestri ta' studji universitarji f'qasam ta' interess għall-Qorti

Min jista' japplika: studenti li għandhom diploma universitarja rikonoxxuta jew li lestew tal-anqas erba' semestri ta' studji universitarji f'qasam ta' interess għall-Qorti (Verifika / Baġit, Kontabilità / Amministrazzjoni, riżorsi umani / Traduzzjoni / Komunikazzjoni, relazzjonijiet internazzjonali / Liġi)
Tul: massimu ta' 5 xhur
Fejn: Il-Lussemburgu

Aktar informazzjoni dwar apprendistati mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Fuq