Ir-Reklutagg ta’ persunal permanenti
L-EPSO jorganizza 'kompetizzjonijet miftuħa' biex jintgħażel l-istaff permanenti. Il-Kompetizzjonijiet ikejlu l-ħiliet tal-kandidati permezz ta' serje ta' testijiet u evalwazzjonijiet li jiżguraw li l-aqwa persuni jiġu magħżula. Kull sena jkun hemm kompetizzjonijiet għal amministraturi, lingwisti, interpreti, tradutturi, segretarji u kategoriji oħra.
L-EPSO jingaġġa l-istaff għall-istituzzjonijiet tal-UE kollha:
-
Kummissjoni Ewropea – ibbażata fi Brussell (il-Belġju) u fil-Lussemburgu. Il-Kummissjoni hija l-akbar waħda mill-istituzzjonijiet tal-UE li tħaddem in-nies, bi staff fl-Ewropa u f'uffiċini madwar id-dinja. Għadd ta' postijiet speċjalizzati huma disponibbli, pereżempju għal nies b'għarfien dwar ix-xjenza, l-ilsna jew l-istatistika u l-ekonomija


. - Parlament Ewropew - ibbażat fi Brussell (Belġju), il-Lussemburgu u Strasburgu (Franza)
- Kunsill tal-UE – ibbażat fi Brussell
- Qorti Ewropea tal-Ġustizzja – ibbażata fil-Lussemburgu
- Qorti tal-Awdituri – ibbażata fil-Lussemburgu
-
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

– ibbażat fi Brussell - Kumitat tar-Reġjuni – ibbażat fi Brussell
- Ombudsman Ewropew – ibbażat fi Strasburgu
-
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


- ibbażat fi Brussell
Hi liema hi l-istituzzjoni li tinteressak, il-proċedura tal-għażla u t-tip ta' kuntratt huma xorta.
L-Uffiċjali permanenti huma maqsumin f'amministraturi u assistenti.
Amministraturi (AD)
L-Amministraturi normalment ikunu involuti fl-abbozzar ta’ politki u s-sorveljanza tal-implimentar tal-liġi Ewropea kif ukoll b'xogħol ta' analiżi u konsultazzjoni. B'mod ġenerali, biex tapplika għal kompetizzjoni tal-amministraturi, trid tkun lestejt (tal-inqas) tliet snin l-università.
Assistenti (AST)
L-Assistenti normalment jagħtu sehem ta' appoġġ u huma kruċjali għall-ġestjoni interna tal-istituzzjonijiet. B'mod ġenerali, biex tapplika għal kompetizzjoni tal-assistenti, trid tkun lestejt (tal-inqas) l-iskola sekondarja.
Proċeduri oħra għall-għażla u r-reklutaġġ
Personal bil-kuntratt
L-istaff kuntrattwali jiġi ingaġġat għal ħidmiet manwali jew amministrattivi speċifiċi. Il-kuntratti ġeneralment ikunu għal żmien limitat - normalment ikunu għal perjodu inizjali ta' 6-12-il xahar.
Persunal temporanju
L-istaff temporanju jiġi ingaġġat għal ħidmiet speċjalizzati jew temporanji b'kuntratti sa massimu ta' sitt snin. Offerti ta' xogħol jinstabu fuq is-sit web tal-EPSO ![]()
![]()
u fuq is-siti web tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji individwali.
Persunal interim
Xi istituzzjonijiet jingaġġaw ukoll staff interim għal mhux aktar minn sitt xhur – il-biċċa l-kbira għal xogħol segretarjali. F'dawn il-każi r-reklutaġġ isir mill-aġenziji għall-ħaddiema temporanji ![]()
![]()
.
Apprendistati
Seba' istituzzjonijiet jingaġġaw ukoll apprendisti għal bejn tliet u ħames xhur. Magħrufin bħala stagiaires, l-apprendisti jistgħu jkunu studenti, gradwati mill-Università jew lingwisti, u jingħataw responsabbiltajiet simili għal dawk tal-amministraturi ta' livelli baxxi. L-għażla tiġi organizzata mill-istituzzjonijiet (mhux via EPSO).
Servizzi tal-kuntratti
Għal xogħol speċifiku (manutenzjoni, kantins, eċċ.), l-istaff jiġi ingaġġat permezz ta' kuntratturi esterni magħżula permezz ta' proċeduri miftuħa ta' sejħa għall-offerti. Ara s- siti web tas-servizzi tal-kuntratti ![]()
![]()
għal aktar tagħrif.
Espert nazzjonali ssekondat (SNEs)
Dawn normalment ikunu impjegati fis-settur pubbliku f'pajjiżhom, issekondati għal perjodu fiss ma' istituzzjoni tal-UE biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom u jitgħalmu dwar il-politiki u l-proċeduri tal-UE. L-esperti nazzjonali jintgħażlu bi proċedura speċifika li ma tinvolvix l-EPSO. Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE f'pajjiżek tista' tinfurmak dwar opportunitajiet attwali.
Esperti tal-UE
L-UE żżomm bażijiet tad-dejta bl-ismijiet u l-kwalifiki ta' esperti indipendenti li jistgħu jgħinu l-istituzzjonijiet u l-aġenziji f'oqsma speċifiċi. L-esperti joħolqu u jżommu l-profil tagħhom (imħares bil-password) b'tagħrif dwar l-esperjenza tagħhom, l-edukazzjoni u l-ħiliet. Dawn il-bażijiet tad-dejta jiġu miżmuma mill-istituzzjonijiet u l-aġenziji (mhux EPSO). Is-Servizz Komunitarju għall-Informazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (CORDIS) ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
, pereżempju, jospita bażi tad-dejta dwar l-esperti
skont is-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka tal-UE.

