Mogħdija tan-navigazzjoni
It-TurkijaIs-sistema politika: Repubblika
Il-belt kapitali: Ankara
Żona totali: 780,580 km²
Popolazzjoni: 71.5 miljun
Munita: Il-lira Torka
Bil-pożizzjoni tagħha f’salib it-toroq bejn l-Ewropa u l-Ażja, it-Turkija hija mogħnija b’diversità kulturali u etnika qawwija. L-istorja tagħha testendi miċ-ċiviltajiet tal-qedem, bħall-Ittiti, sal-perjodi Griegi u Rumani (meta San Pawl introduċa l-Kristjaneżmu hemmhekk), Biżanzju u l-Imperu Ottoman. Ir-Repubblika moderna tat-Turkija twaqqfet fl-1923 bħala Stat sekulari skont il-mudell oċċidentali. Kważi 99% tal-popolazzjoni hija Musulmana. Fix-xlokk tal-pajjiż insibu popolazzjoni mdaqqsa ta' Kurdi.
Fit-330 wK, Kostantinopli (Istanbul tal-lum) li tinsab fuq il-Bosfru bejn il-Baħar l-Iswed u l-Mediterran, saret il-kapitali tal-Imperu Biżantin, jiġifieri l-parti tal-lvant tal-Imperu Ruman.
Il-ġawhar arkitettoniċi tat-Turkija jinkludu l-moskej ta' Selimiye u Suleymaniye u l-knisja ta’ fama mondjali ta’ Santa Sofija li l-Ottomani kienu kkonvertew f'moskea u li llum saret mużew. Il-wirt arkeoloġiku vast tal-pajjiż huwa attrazzjoni turistika ewlenija. Fl-aqwa tiegħu, l-Imperu Ottoman iddomina l-Mediterran tal-lvant u n-nofsinhar kif ukoll il-Lvant Nofsani.
Il-kċina Torka hija bbażata fuq il-laħam tal-ħaruf, filwaqt li l-jogurt tal-ħalib tal-mogħoż huwa popolari wkoll, speċjalment meta jitħallat mal-ħjar, it-tewm jew in-nagħniegħ. Hemm tradizzjoni antika marbuta mal-kafe' u l-każini tal-kafe' huma postijiet favoriti fejn wieħed jiltaqa’ man-nies.
Torok famużi jinkludu l-fundatur tat-Turkija moderna, Mustafa Kemal Atatürk u l-kittieb rebbieħ tal-Premju Nobel Orhan Pamuk.
Is-sit uffiċjali tal- Ministeru tal-Affarijiet Barranin jispjega l-kwistjonijiet ewlenin li jirrigwardjaw il-politika barranija, u tinkludi tagħrif kompresiv fuq ir-relazzjonijiet tat-Turkija ma’ Ċipru u l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk min iżur is-sit jista’ jaċċessa l-istqarrijiet għall-istampa u d-diskorsi tal-Prim Ministru, flimkien ma' ħarsa estensiva ta' xi jkun qed jintqal fil-ġurnali, flimkien ma' links għas-siti ewlenin tal-midja Torka. Is-sit iwassal ukoll dettalji għall-ambaxxati Torok barra l-pajjiż u l-missjonijiet diplomatiċi f’Ankara, kif ukoll informazzjoni konsulari.
2. Introduzzjoni tal-pajjiżIl-websajt uffiċjali tal- Ministeru tal-Kultura u t-Turiżmu toffri informazzjoni dettaljata dwar l-arti, il-kultura, l-istorja u l-ġografija tal-pajjiż. Fiha wkoll sezzjoni speċjali ddedikata lit-turiżmu fejn tingħata ħarsa lejn l-attrazzjonijiet u r-rotot kulturali ewlenin tat-Turkija. Fl-istess websajt hemm ukoll taqsima dwar l-aħbarijiet u l-avvenimenti. Hemm links utli li jiggwidaw lil min iżur is-sit sabiex isib tagħrif dwar l-istituzzjonijiet u l-ministeri tat-Turkija.