Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-pajjiżi kandidati

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-MaċedonjaL-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Is-sistema politika: Repubblika

Il-belt kapitali: Skopje

Żona totali: 25,433 km²

Popolazzjoni: 2.05 miljun

Munita: denar

 

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Mappa dettaljata - ikklikkja fuq il-mappa

Ir-Repubblika Eks Jugoslava tal-Maċedonja ħadet l-indipendenza fl-1991, hekk kif sfaxxat il-Jugoslavja. Huwa pajjiż fiċ-ċentru tal-Balkani imdawwar bl-art bil-muntanji li jħares fuq wied u baċini fondi. Lake Ohrid li taqsam mal-Albanija huwa wieħed mill-eqdem laki tad-dinja.

Il-Maċedoni etniċi jammontaw għal żewġ terzi tal-popolazzjoni iżda hemm ammont ta'minorità etnika Albaniża u minoritajiet iżgħar ta' Torok u Roma.

Il-parlament unikamerali jew Sobranie fih 120 membru li jittellgħu b’elezzjoni għal mandati ta’ erba’ snin. Il-President, li jittella’ b'vot popolari għal mandat ta’ ħames snin, għandu setgħat limitati.

Il-pajjiż għandu riżorsi minerali bħall-ħadid, ir-ramm, iċ-ċomb u ż-żingu. It-tessuti jirrapreżentaw l-aktar settur importanti għall-kummerċ. Dan jammonta għal aktar min-nofs tal-esportazzjonijiet totali. Esportazzjonijiet oħra importanti jinkludu l-ħadid, l-azzar, l-inbid u l-ħaxix.

It-tisjir lokali tinkudi speċjalitajiet bħall-majjal bil-kaboċċi mħawwar bil-ħlewwa, l-istuffat tal-ħamiem u l-verżjoni lokali tal-insalata xopska (ibbażata fuq it-tadam, il-ħjar u l-ġobon mill-ħalib tan-nagħaġ) li hija popolari madwar il-Balkani kollha.

Links utli

1. Il-portal tal-amministrazzjoni pubblika nazzjonali

Il-websajt uffiċjali tal- Gvern Maċedonu sservi bħala portal għas-siti kollha tal-istituzzjonijiet pubbliċi. Is-sezzjoni 'Relazzjonijiet Pubbliċi' tipprovdi aħbarijiet, diskorsi u rapporti mis-sessjonijiet ta'ħidma tal-gvern.

2. Introduzzjoni tal-pajjiż

ExploringMacedonia.com huwa l-portal nazzjonali tat-turiżmu. Din il-websajt toffri deskrizzjoni dettaljata tal-wirt naturali tal-pajjiż kif ukoll ta' dak artistiku u kulturali. Hemm ukoll firxa estensiva ta' tagħrif dwar l-ivvjaġġar, inklużi suġġerimenti dwar l-akkommodazzjoni, mawriet f'postijiet li għadhom ma ġewx miżgħuda mit-turisti tal-massa u avvenimenti kulturali.

L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ