Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-pajjiżi kandidati

Il-KroazjaIl-Kroazja

Is-sistema politika: Repubblika

Il-belt kapitali: Żagreb

Żona totali: 56,542 km²

Popolazzjoni: 4.4 miljun

Munita: kuna

 

Il-Kroazja

Mappa dettaljata - ikklikkja fuq il-mappa

Il-Kroazja ħadet l-indipendenza fl-1991 hekk kif sfaxxat l-eks Jugoslavija.

Ir-reġjun ta’ Zagorje, ’il fuq mill-kapitali Zagreb, huwa territorju kkaratterizzat minn sensiliet ta’ għoljiet, filwaqt li fil-lvant insibu r-reġjun għammiel għall-biedja tal-Pjanura Pannonjana li huwa mdawwar mix-xmajjar Drava, Danubju u Sava. Il-foresti jiksu ’il fuq minn terz tal-Kroazja.

Il-Parlament Kroat (is-Sabor) huwa entità leġiżlattiva unikamerali magħmula bejn 100 u 160 membru eletti permezz ta’ votazzjoni popolari għal mandati ta' erba’ snin. L-ekonomija Kroata hija bbażata l-aktar fuq l-industrija leġġera u s-servizzi. It-turiżmu jġib fil-pajjiż dħul notevoli wkoll. It-turisti huma l-aktar familjari mal-Kroazja għall-kosta Dalmazjana bil-mijiet ta' gżejjer li jiżgħuduha u l-bliet storiċi ta' Dubrovnik, Split u Zadar.

Ir-rikkezza kulturali u naturali immensa tal-Kroazja jixhduha s-Sitt siti ta’ Patrimonju Internazzjonali u t-tmien parks nazzjonali li jinsabu fiha. Din ir-rikkezza kulturali hija riżultat tal-istorja xi kultant pjuttost mqanqla tal-Kroazja li fil-bidu kienet tifforma parti mill-Imperu Ruman u mbagħad saret ir-reġjun tal-fruntiera bejn il-konfini tal-Imperu Awstro-Ungeriż u dak Ottoman.

It-tisjir Kroat jinkludi platti bħal-laħam mixwi, il-perżut iffumikat mid-Dalmazja, is-sardin immellaħ, il-ġobon mill-ħalib tan-nagħaġ u s-salami bit-togħma tal-paprika. Il-Kroazja tipproduċi bosta nbejjed ta' kwalità.

Links utli

1. Il-portal tal-amministrazzjoni pubblika nazzjonali

Il-websajt uffiċjali tal- Gvern Kroat toffri deskrizzjoni dettaljata tal-istituzzjonijiet poltiċi Kroati, inklużi l-profili tal-membri kollha tal-Gvern. Is-sit jagħti wkoll aċċess għal firxa ta’ dokumenti pubbliċi, bħat-test tal-kostituzzjoni Kroata u l-programm politiku tal-Gvern. Is-sit fih arkivju ta’ stqarrijiet għall-istampa, sommarji tal-laqgħat tal-kabinett u bullettin tal-aħbarijiet li joħroġ kull ġimgħa. Tiġi ppubblikata wkoll newsletter ta’ kull xahar fi ħdan l-istess sit.

2. Introduzzjoni tal-pajjiż

Is-sit tal- Bord Turistiku Nazzjonali Kroat twassal preżentazzjonijiet qosra dwar il-wirt kulturali, l-istorja, il-ġografija u l-gastronomija tal-pajjiż. Tinkludi wkoll l-aħħar tbassir tat-temp, l-avvenimenti li jkun se jittellgħu u konvertatur tal-muniti. Xi programmi multimedjali jippermettu lil dak li jkun jibgħat kartolini elettroniċi u jara l-browxers u l-posters. Hemm ukoll mappa interattiva maqsuma reġjun reġjun li tgħin lil min iżur is-sit jizzumja fuq iż-żoni li l-aktar jolqtuh.

Il-Kroazja

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ