Korpi Interistituzzjonali

L-Iskola Ewropea tal-Amministrazzjoni DeutschEnglishfrançais

L-Iskola Amministrattiva Ewropea twaqqfet fl-10 ta' Frar 2005. Il-missjoni tagħha hi li tipprovdi taħriġ f'ċerti oqsma speċifiċi għall-membri tal-istaff tal-UE. Il-karatteristika ewlenija tagħha hi li l-korsijiet tagħha huma miftuħa għall-istaff kollu tal-istituzzjonijiet tal-UE, u b'hekk tikkontribwixxi għat-tixrid ta' valuri komuni, il-promozzjoni ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-istaff tal-istituzzjonijiet, u l-kisba ta' ekonomiji tal-iskala. Hija taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mad-dipartimenti tat-taħriġ tal-istituzzjonijiet kollha sabiex tevita kull duplikazzjoni tal-ħidma.

L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjoniet

L-isem sħiħ ta’ dan il-korp hu l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Dan jaġġixxi bħala d-dar tal-pubblikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-UE, fejn jipproduċu u jqassmu l-pubblikazzjonijiet uffiċjali kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, stampati jew f’forma diġitali.

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) beda jopera f’Jannar ta’ l-2003. Ix-xogħol tiegħu hu li jfassal eżamijiet kompetittivi għar-reklutaġġ ta’ staff biex jaħdem fl-istituzzjonijet kollha ta’ l-UE. Dan huwa aktar effiċjenti milli jekk kull istituzzjoni torganizza l-kompetizzjonijet ta’ reklutaġġ tagħha stess. Il-baġit annwali ta’ l-EPSO ta’ madwar €21 miljun hu 11% anqas minn dak illi l-istituzzjonijiet ta’ l-UE kienu jonfqu qabel fuq ir-reklutaġġ.

Skwadra ta' rispons f'emerġenza relatata mal-kompjuters (CERT)

L-iskop tas-CERT hu li tgħin fil-ġestjoni tat-theddid għas-sistemi tal-kompjuter tal-istituzzjonijiet tal-UE – billi tassisti lit-timijiet tas-sigurtà tal-IT f'kull istituzzjoni tal-UE u billi tikkoordina mal-kontrapartijiet tas-CERT fis-settur pubbliku fil-pajjiżi tal-UE.

Imwaqfa fl-1 ta' Ġunju 2011, CERT għandha topera bħala proġett pilota għall-ewwel sena tagħha, u tista' eventwalment tkun operazzjonali b'mod sħiħ fl-2012, dan jiddependi mill-valutazzjoni tal-fażi ta' prova tagħha.


Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?