
Il-President tal-Parlament Ewropew – Martin Schulz
Terminu: Jannar 2012 - Lulju 2014
Elett: mill-Membri tal-Parlament Ewropew
Rwol:
- Jiżgura li l-proċeduri parlamentari jiġu segwiti kif suppost
- Jissorvelja l-attivitajiet varji tal-Parlament u l-kumitati
- Jirrappreżenta l-Parlament Ewropew fil-kwistjonijiet legali kollha u fir-relazzjonijiet internazzjonali
- Jagħti l-kunsens finali tal-baġit tal-UE
Aktar dwar ix-xogħol tal-President tal-Parlament Ewropew ![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
![]()
Aktar informazzjoni dwar il-Parlament Ewropew

Il-President tal-Kunsill Ewropew – Herman Van Rompuy
Terminu: Ġunju 2012 - Novembru 2014
Maħtur: mill-mexxejja nazzjonali (il-kapijiet tal-istat jew tal-gvern tal-pajjiżi tal-UE).
Rwol:
- Imexxi x-xogħol tal-Kunsill Ewropew biex jistabbilixxi d-direzzjoni u l-prijoritajiet politiċi ġenerali tal-UE – b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni
- Jippromovi l-koeżjoni u l-konsensus fil-Kunsill Ewropew
- Jirrappreżenta lill-UE esternament fi kwistjonijiet tal-affarijiet barranin u s-sigurtà
Aktar dwar ix-xogħol tal-President tal-Kunsill Ewropew
Aktar informazzjoni dwar il-Kunsill Ewropew

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea – José Manuel Barroso
Terminu: Jannar 2010 - Diċembru 2014
Maħtur: mill-mexxejja nazzjonali (il-kapijiet tal-istat jew tal-gvern tal-pajjiżi tal-UE), bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
Rwol:
- Jiggwida politikament il-Kummissjoni
- Isejjaħ u jippresjedi l-laqgħat tal-kulleġġ tal-Kummissarji
- Iwassal il-ħidma tal-Kummissjoni fl-implimentar tal-politiki tal-UE
- Jieħu sehem fil-laqgħat tal-G8
- Jikkontribwixxi għal dibattiti ewlenin kemm fil-Parlament Ewropew kif ukoll bejn il-gvernijiet tal-UE fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Aktar dwar ix-xogħol tal-President tal-Kummissjoni
Aktar informazzjoni dwar il-Kummissjoni Ewropea
