X’jagħmel il-Fond?
L-EIF jipprovdi kapital ta’ riskju għal impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), b’mod partikolari l-impriżi ġodda u n-negozji li għandhom x'jaqsmu mat-teknoloġija. Jipprovdi wkoll garanziji għall-istituzzjonijiet finanzjarji (bħal m’huma l-banek) sabiex ikopru s-self tagħhom lill-SMEs.
L-EIF m’huwiex istituzzjoni li ssellef:ma jagħtix self jew sussidji lin-negozji, u lanqas ma jinvesti direttament f’xi impriżi. Minflok, jaħdem permezz ta’ banek u intermedjarji finanzjarji oħrajn. Juża jew il-fondi tiegħu stess jew dawk fdati lilu mill-EIB jew mill-Unjoni Ewropea.
Il-Fond huwa attiv fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea, fil-Kroazja, fit-Turkija u t-tliet pajjiżi ta’ l-EFTA (L-Iżlanda, Liechtenstein u n-Norveġja).


