Rwol
Il-Bank Ewropew tal-Investiment jappoġġa proġetti fil-pajjiżi tal-UE, u jinvesti f’pajjiżi li fil-futur ikunu membri u sħab.
Jissellef flus fuq is-swieq kapitali minflok jeħodhom mill-baġit tal-UE. Il-flus jissellfu taħt termini favorevoli għall-proġetti skont l-għanijiet tal-politika tal-UE.
Fl-2008, l-BEI iġġenera madwar €60 bn. L-BEI jaħdem fuq bażi mhux ta' qligħ u jsellef b'rata li tmur viċin tal-ispiża tas-self li jkun ħa.
Servizzi
-
Self


: mogħti lil programmi tal-infiq kapitali vijabbli jew proġetti kemm fis-setturi pubbliċi u dawk privati. Ir-riċevituri jvarjaw minn korporazzjonijiet kbar għal muniċipalitajiet u negozji żgħar. -
Assistenza teknika


: provduta minn tim ta’ ekonomisti esperti, inġiniera u speċjalisti li jikkumplementaw il-faċilitajiet tal-finanzjament tal-BEI. -
Garanziji


: disponibbli għal firxa wiesgħa ta' entitajiet, eż. banek, kumpaniji tas-self, istituzzjonijiet ta' garanzija, fondi ta' garanzija reċiproka, vetturi bi skop speċjali u oħrajn. -
Kapital ta’ sogru


: talbiet għal kapital ta’ sogru għandhom jiġu indirizzati direttament lill-intermedjarju.
Self fi ħdan l-UE
Madwar 90% tas-self imorru lejn programmi u proġetti fi ħdan l-UE.
Il-BEI għandu 6 għanijiet ta’ prijorità għas-self, stabbiliti fil-pjan tan-negozju tal-Bank:
-
Koeżjoni u konverġenza


-
Appoġġ għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)


-
Sostenibbiltà ambjentali


-
Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Innovazzjoni 2010 (i2i)


-
Żvilupp ta' netwerks tat-trasport u tal-enerġija Trans-Ewropej (TENs)


-
Enerġija sostenibbli, kompetittiva u sigura


Barra l-UE
Il-Bank Ewropew tal-Investiment jappoġġa l-politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni tal-UE f’pajjiżi sħab.
Il-mandati tal-politika attwali jinkludu:
Struttura u organizzazzjoni
-
Azzjonisti


– 27 pajjiż tal-UE -
Governanza


– dinamika ta’ ħidma u responsabbiltajiet tal-Bord tal-Gvernaturi, il-Bord tad-Diretturi, il-Kumitat tal-verifika u l-Kumitat tal-Ġestjoni -
Kontroll u evalwazzjoni


– żgurar tal-integrità u s-sodezza tal-operati tal-Bank -
Organizzazzjoni


– dipartimenti u membri tal-istaff
