You are here:

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Korp konsultattiv li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem u gruppi oħra ta’ interess
  • President: Henri Malosse
  • Membri: 353 mill-pajjiżi kollha tal-UE
  • Stabbilit: fl-1957
  • Jinsab: fi Brussell (il-Belġju)
  • Sit web: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew:

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa korp konsultattiv tal-UE magħmul minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem u gruppi oħra ta' interess. Huwa joħroġ opinjonijiet dwar kwistjonijiet tal-UE lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kunsill tal-UE u lill-Parlament Ewropew, u b’hekk jaġixxi bħala pont bejn l-istituzzjonijiet tal-UE li jieħdu d-deċiżjonijiet u ċ-ċittadini tal-UE.

X’jagħmel il-KESE?

Jagħti lil gruppi ta’ interess leħen formali dwar il-proposti leġiżlattivi tal-UE. It-3 kompiti ewlenin tiegħu huma li:

  • jiżgura li l-politika u l-liġi tal-UE huma mmirati lejn il-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali billi jfittex kunsens li jaqdi l-ġid komuni
  • jippromwovi UE parteċipattiva billi jagħti leħen lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem u gruppi oħra ta' interess u billi jiżgura djalogu magħhom
  • jippromwovi l-valuri tal-integrazzjoni Ewropea, u jiffavorixxi l-kawża ta' demokrazija parteċipattiva u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Kompożizzjoni

Il-membri tal-KESE membri tal-KESE   English (en) français (fr) jirrappreżentaw iż-żewġ naħat tal-industrija u tal-gruppi ta' interess soċjali minn madwar l-Ewropa. Huma nnominati mill-gvernijiet nazzjonali u maħtura mill-Kunsill tal-UE għal-terminu ta' 5 snin li jista' jiġġedded. L-għadd ta' membri għal kull pajjiż jiddependi mill-popolazzjoni ta' dak il-pajjiż.

Il-KESE jeleġġi l-President President   English (en) français (fr) tiegħu u żewġ Viċi Presidenti għal terminu ta' sentejn u nofs. Il-membri jappartjenu għal wieħed minn 3 gruppi 3 gruppi   English (en) français (fr) :

  • min iħaddem
  • ħaddiema
  • gruppi oħra ta’ interess (eż. bdiewa, konsumaturi).

Kif jaħdem il-KESE?

Il-KESE huwa kkonsultat mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar varjetà ta' suġġetti. Joħroġ ukoll opinjonijiet fuq l-inizjattiva tiegħu.

Il-membri jaħdmu għall-UE, indipendentement mill-gvernijiet tagħhom. Huma jiltaqgħu 9 darbiet fis-sena. L-opinjonijiet huma adottati b’vot ta’ maġġoranza sempliċi.

Il-laqgħat huma ppreparati mit-taqsimiet speċjalizzati tal-KESE u mill-kummissjoni konsultattiva dwar il-bidliet industrijali taqsimiet speċjalizzati tal-KESE u mill-kummissjoni konsultattiva dwar il-bidliet industrijali   English (en) français (fr) . Il-gruppi ta' riflessjoni speċjalizzati tal-KESE (magħrufa bħala l-'osservatorji osservatorji   English (en) français (fr) ') u l-kumitat ta' tmexxija ta' Ewropa 2020 jimmonitorjaw il-progress tal-istrateġiji tal-UE.

Il-KESE jżomm kuntatt mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali reġjonali u nazzjonali madwar l-UE - l-aktar biex jaqsam l-informazzjoni u jiddiskuti kwistjonijiet partikolari.

Il-KESE u int

Il-KESE jorganizza avvenimenti tal-arti, taż-żagħżagħ u oħrajn avvenimenti tal-arti, taż-żagħżagħ u oħrajn   English (en) français (fr) biex iqarreb liċ-ċittadini tal-UE lejn xulxin.

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz

Rue Belliard/Belliardstraat 99

B-1040 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Tel
+32 2 546 90 11
Fax
+32 2 513 48 93
Żur

Tip ta’ żjara: Sessjoni ta’ informazzjoni

Daqs minimu ta’ grupp: Mhux speċifikat

Ħtieġa ta' riżervazzjoni bil-quddiem: 3 ġimgħat

Età minima tal-viżitaturi: Mhux speċifikat

Żur il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew