Rwol
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew twaqqaf fl-1957 bħala forum sabiex jiddiskuti kwistjonijiet li jirrigwardaw is-suq uniku. Il-KESE jagħti lill-gruppi interessati tal-Ewropa –trejdjunjonisti, dawk li jħaddmu, bdiewa – leħen formali dwar il-proposti leġiżlattivi tal-UE.
Bħala medja, il-KESE jagħti 170 dokument ta’ parir u opinjoni kull sena. L-opinjonijiet kollha jintbagħtu lill-entitajiet tal-UE li jieħdu d-deċiżjonijiet u mbagħad jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.
Membri
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu 344 membru li ġejjin minn gruppi interessati ekonomiċi u soċjali madwar l-Ewropa. Il-Membri huma nominati mill-gvernijiet nazzjonali u jinħatru mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal terminu ta’ 5 snin li jiġġedded. Il-membri tal-KESE ma jitħallsux iżda jirċievu għotjiet sabiex ikopru l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni meta jattendu l-laqgħat.
Il-membri jappartjenu għal wieħed minn tliet gruppi:
L-għadd ta’ membri minn kull pajjiż jiddependi fuq il-popolazzjoni nazzjonali:
- il-Ġermanja, Franza, l-Italja, ir-Renju Unit – 24 membru
- Spanja, il-Polonja – 21 membru
- ir-Rumanija – 15-il membru:
- il-Belġju, il-Greċja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, l-Awstrija, l-Isvezja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Bulgarija - 12-il membru:
- id-Danimarka, l-Irlanda, il-Finlandja, il-Litwanja, is-Slovakkja – 9 membri
- l-Estonja, il-Latvja, is-Slovenja – 7 membri
- il-Lussemburgu, Ċipru – 6 membri
- Malta – 5 membri

