Mogħdija tan-navigazzjoni

Finanzjament mill-UE

L-UE tipprovdi finanzjament u għotjiet għal għadd kbir ta' proġetti u programmi li jkopru oqsma bħal:

  • żvilupp urban u reġjonali
  • impjiegi u inklużjoni soċjali
  • agrikoltura u żvilupp rurali
  • politiki tal-affarijiet marittimi u tas-sajd
  • riċerka u innovazzjoni
  • għajnuna umanitarja.

Amministrazzjoni ta’ fondi

Il-finanzjament jitmexxa skont regoli riġidi li jiżguraw li hemm kontroll strett fuq kif jiġu użati l-fondi u li l-flus jintefqu b'mod trasparenti u responsabbli.

Bħala grupp, it-28 Kummissarju tal-UE għandhom ir-responsabbiltà politika li jiżguraw li l-fondi tal-UE jintefqu kif suppost. Imma minħabba li l-parti l-kbira tal-finanzjament huwa ġestit fil-pajjiżi benefiċjarji, ir-responsabbiltà għat-twettiq ta’ kontrolli u verifiki annwali hija f’idejn il-gvernijiet nazzjonali.

'Il fuq minn 76% tal-baġit tal-UE jitmexxa bi sħab ma' awtoritjiet nazzjonali u reġjonali permezz ta' sistema ta' "ġestjoni konġunta", l-aktar permezz ta' 5 finanzjamenti ewlenin - il-Fondi Strutturali u ta' Investiment. Kollettivament, dawn jgħinu fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020

Fondi oħra huma ġestiti direttament mill-UE. Dawn huma pprovduti f’forma ta’:

  • Għotjiet għal proġetti speċifiċi b'rabta mal-politiki tal-UE, normalment wara avviż pubbliku magħruf bħala 'sejħa għall-proposti'. Parti mill-finanzjament jiġi mill-UE, parti minn sorsi oħra.
  • Il-kuntratti maħruġa mill-istituzzjonijiet tal-UE għax-xiri ta' servizzi, oġġetti jew xogħlijiet meħtieġa għall-operat – bħal studji, taħriġ, organizzazzjoni ta' konferenzi, tagħmir tal-IT. Il-kuntratti jingħtaw permezz ta' sejħiet għal offerti.

Ir-riċevituri tal-offerti, għotjiet, jew għajnuna għall-iżvilupp imwarrba għall-pajjiżi mhux tal-UE jiġu ppublikati onlajn.

Kif tapplika għall-finanzjament

Negozji żgħar

Jistgħu jiksbu l-finanzjament tal-UE permezz ta' għotjiet, self u garanziji. L-għotjiet jipprovdu appoġġ dirett, filwaqt li finanzjament ieħor huwa possibbli permezz ta' programmi mmexxija nazzjonalment.

Finanzjament tal-UE għan-negozji żgħar 

Organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili

Jistgħu jkunu eleġibbli għall-finanzjament, sakemm ikunu attivi f'oqsma ta' politika tal-UE u fuq bażi ta' bla profitt.

Il-finanzjament tal-UE għall-NGOs skont il-qasam politiku 

Żgħażagħ

Żewġ tipi differenti ta' finanzjament:

  • Edukazzjoni u taħriġ English (en) - opportunitajiet ta' studju permezz ta' Erasmus+, appoġġ għall-istudenti li waslu biex jispiċċaw l-iskola sekondarja, u taħriġ vokazzjonali f'pajjiż ieħor 
  • Żgħażagħ English (en) – kofinanzjament ta' proġetti li jħeġġu l-involviment ċiviku, ix-xogħol volontarju u opinjoni multikulturali aktar miftuħa. 

Riċerkaturi

Bejn l-2014 u l-2020, l-UE se tipprovdi kważi €80 biljun f'finanzjament għar-riċerka, prinċipalment permezz tal-programm ta' riċerka ewlieni tagħha Orizzont2020 English. Dan il-finanzjament normalment jieħu s-sura ta' għotjiet, biex parzjalment jiffinanzja għadd ġmielu ta' proġetti ta' riċerka English.

Finanzjament mill-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni English

Bdiewa u negozji rurali

Il-biċċa l-kbira tal-bdiewa fl-UE huma eleġibbli għal pagamenti ta’ appoġġ għad-dħul dirett. Madwar terz ta' dawn il-pagamenti jingħata għal metodi ta' biedja favur l-ambjent (żamma ta' bur permanenti, diversifikazzjoni tal-uċuħ tar-raba', eċċ.). 

Il-bdiewa jirċievu wkoll il-flus skont kemm għandhom raba' – għal darb’ oħra talli jużaw metodi ta’ biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent li jippreservaw il-bijodiversità, il-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma u jżommu l-emissjonijiet baxxi.

Il-finanzjament tal-UE jgħin ukoll lill-bdiewa jitħarrġu f’tekniki ġodda u jaġġornaw jew jirristrutturaw l-irziezet tagħhom. U jiġi applikat b'mod aktar ġenerali biex itejjeb il-ħajja f'żoni rurali, billi joħloq ix-xogħol u jipprovdi servizzi bażiċi.

Apparti minn hekk, skont l-iżvilupp rurali, bdiewa żgħażagħ jistgħu jgawdu minn appoġġ speċifiku biex jibdew in-negozju tagħhom kif ukoll minn rati ta' appoġġ aktar għoljin għall-investiment li jagħmlu fin-negozju. 

Programmi ta’ żvilupp rurali - skont il-pajjiż English (en)

 Ara wkoll

  • Il-Programmi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 Deutsch (de) English (en) français (fr)  

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?