Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ekonomija

Billi topera bħala suq uniku, l-UE hija forza ewlenija fil-kummerċ dinji. L-UE qed tipprova żżomm it-tkabbir ekonomiku billi tinvesti fit-trasport, l-enerġija u r-riċerka – filwaqt li timminimizza l-impatt ta’ żvilupp ekonomiku ieħor fuq l-ambjent.

Kejl tal-ekonomija tal-UE

Bi 12-il pajjiż membru ġdid li daħlu mill-2004, il-PGD tal-UE — produzzjoni ta’ prodotti u servizzi — issa hu ikbar minn dak tal-Istati Uniti

  • PGD (€12 268 387 miljun, 2010)

Kummerċ

B’sempliċiment 7% tal-popolazzjoni dinjija, il-kummerċ tal-UE mal-kumplament tad-dinja jammonta għal madwar 20% tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet globali. L-UE hi l-ikbar esportatur tad-dinja u t-tieni l-ikbar importatur.

Madwar żewġ terzi tal-kummerċ totali tal-pajjiżi tal-UE jsir ma’ pajjiżi oħra tal-UE.

L-Istati Uniti hu l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE, segwit miċ-Ċina. Fl-2005, l-UE kienet tkopri 18.1% tal-esportazzjonijiet dinjija u 18.9% tal-importazzjonijiet.

Impjieg

Matul l-aħħar 50 sena, l-impjieg fl-agrikoltura u l-industrija naqas, filwaqt li iżjed nies issa għandhom impjieg fis-settur tas-servizzi.

Il-qgħad żdied fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja reċenti u issa jinsab f’7.5% fl-UE.

Riċerka

Ir-riċerka u l-iżvilupp (R&D) jinsabu fil-qalba tal-istrateġija tal-UE sabiex jagħmlu l-ekonomija tagħha iżjed kompetittiva. L-għan hu li jiġi investit iżjed sabiex l-infiq tal-R&D tagħha jiġi konformi ma’ dak tal-Istati Uniti u l-Ġappun.

Infrastruttura

Il-binarji ferrovjarji u l-passaġġi tal-ilma interni (xmajjar u kanali) jammontaw biss għal perċentwali żgħir tal-merkanzija totali u t-traffiku tal-passiġġieri fl-UE. Tliet kwarti tal-prodotti u l-passiġġieri kollha fl-UE issa qegħdin jiġu trasportati bl-art.

Enerġija u ambjent

L-UE tiddependi fuq l-importazzjonijiet għal iżjed minn 50% tal-bżonnijiet tal-enerġija tagħha.

Sabiex titnaqqas din id-dipendenza u jiġi protett l-ambjent, l-UE qed tagħmel l-almu tagħha biex tuża l-enerġija b’mod iżjed effiċjenti u biex tuża sorsi iżjed rinnovabbli. L-UE stabbilixxiet mira li tiġġenera 20% tal-elettriku tagħha minn sorsi rinnovabbli bħar-riħ, ix-xemx, l-ilma, l-impjanti ġeotermiċi u l-bijomassa sal-2020.

 Downloads

Ma sibtx li ridt? Ipprova l-Indiċi A saż-ŻABĊDEFĠGHĦIIEJKLMNOPQRSTUVWXŻZ