Mogħdija tan-navigazzjoni

2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014

2014

Jannar

1

Il-Greċja tieħu f'idejha l-presidenza li tinbidel kull sitt xhur tal-Kunsill tal-UE. L-erba’ prijoritajiet tal-Presidenza huma t-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-koeżjoni; aktar integrazzjoni tal-UE u ż-żona tal-ewro; migrazzjoni, fruntieri u mobilità u l-politiki marittimi.

1

Il-Latvja tadotta l-ewro bħala l-munita tagħha, biex b'hekk issir it-18-il membru taż-żona tal-ewro.

1

Rīga (il-Latvia) u Umeå (l-Isvezja) saru l-Kapitali Ewropej tal-Kultura 2014.

20

Il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE jissospendu ċerti sanzjonijiet tal-UE kontra l-Iran, wara pjan ta’ azzjoni maqbul fuq livell internazzjonali li għandu l-għan li jindirizza tħassib dwar il-programm nukleari ta’ dak il-pajjiż.

23

Vítor Manuel da Silva Caldeira jerġa’ jiġi elett President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għat-tielet mandat ta’ tliet snin.

28

Waqt samit fi Brussell, il-mexxejja tal-UE u tar-Russja jiddiskutu s-Sħubija tal-Lvant u l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Frar

3

Il-Kummissjoni tħabbar l-ewwel rapport kontra l-korruzzjoni li jispjega s-sitwazzjoni f’kull Stat Membru.

22

Il-President tal-Ukraina jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-Parlament wara bosta xhur ta’ protesti popolari. Ir-relazzjoni tal-pajjiż mal-Unjoni Ewropea u mar-Russja tinsab fil-qalba ta' perjodu ta' inċertezza.

Marzu

17

Il-ministri tal-affarijiet barranin tal-UE jikkundannaw bil-qawwa kollha r-referendum li sar fil-Krimea, l-Ukraina, minn gruppi li jixtiequ r-reġjun isir parti mir-Russja. L-UE ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea. Sanzjonijiet tal-UE huma imposti kontra persuni fir-Russja responsabbli għall-imminar tal-integrità territorjali tal-Ukraina.

21

Laqgħa fil-Kunsill Ewropew, il-mexxejja tal-UE jiddiskutu l-kriżi fl-Ukraina u jindirizzaw ukoll kwistjonijiet ekonomiċi, il-kompetittività industrijali, il-klima u l-enerġija.

26

Waqt samit fi Brussell, il-mexxejja tal-UE u l-President tal-Istati Uniti Barack Obama jiddiskutu l-politika barranija internazzjonali, il-kriżi fl-Ukraina u sfidi globali ewlenin.

April

15

Il-Parlament Ewropew jadotta sett ta’ regoli dwar kif għandhom jiġu ttrattati banek f’diffikultajiet serji, sabiex il-kontributuri tat-taxxa ma jkollomx aktar għalfejn iħallsu għall-banek li qegħdin ifallu. Dan hu l-element finali tal-Unjoni Bankarja tal-UE. Il-MPE jgħaddu wkoll liġi ġdida li tiggarantixxi lir-residenti tal-UE d-dritt li jiftħu kont bażiku ta’ pagament.

28

Qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta' din is-sena, il-partiti politiċi għall-ewwel darba nnominaw lill-kandidati tagħhom għall-post ta' President tal-Kummissjoni Ewropea, u l-kandidati ħadu sehem f'"dibattiti presidenzjali".

Mejju

22-25

Saru l-elezzjonijiet Ewropej mal-UE kollha u ġew eletti 751 MPE. Ir-rata totali ta' parteċipazzjoni kienet ta' 43.09%.

25

Saru l-elezzjonijiet presidenzjali fl-Ukraina fost inkwiet kontinwu fil-parti tal-Lvant tal-pajjiż. Ir-rebbieħ, Petro Poroshenko, jixtieq jikkoopera mal-UE.

Ġunju

2

Bħala parti mis-"Semestru Ewropew", il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjonijiet għall-kull wieħed mit-28 pajjiż tal-UE, bi gwida dwar il-baġits nazzjonali 2014-2015 u l-politiki ekonomiċi.

5

Il-kapijiet tas-seba’ pajjiżi prinċipali industrijalizzati fid-dinja - il-G7 - jiltaqgħu għall-ewwel darba fi Brussell fejn l-UE se tkun qed tospitahom. Huma jiddiskutu s-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif ukoll l-ekonomija globali, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-iżvilupp.

20

Il-Ministri tal-Finanzi tal-UE jaqblu dwar emenda għar-regoli tat-taxxa tal-UE biex jagħlqu lakuna li kienet qed tippermetti lill-korporazzjonijiet transkonfinali jevitaw it-taxxi fuq ċerti arranġamenti ta’ self ibridu.

26-27

Il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu hekk kif il-Kunsill Ewropew jistabbilixxi aġenda strateġika għall-UE u jinnomina lil Jean-Claude Juncker bħala President maħtur tal-Kummissjoni. Huma jagħtu wkoll lill-Albanija l-istatus ta’ pajjiż kandidat għal sħubija tal-UE fil-futur u jikkonfermaw li l-Litwanja se tadotta l-euro bħala l-munita tagħha fl- 2015. Huma ffirmati ftehimiet ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina.

Lulju

1

L-Italja tieħu f'idejha l-presidenza b'rotazzjoni ta' sitt xhur tal-Kunsill tal-UE.

1

Il-MEPs jerġgħu jeleġġu lis-Soċjalista Ġermaniż Martin Schulz bħala President tal-Parlament Ewropew għat-tieni terminu ta' sentejn u nofs.

15

Il-Parlament Ewropew jeleġġi lil Jean-Claude Juncker bħala l-President li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea.

16

Il-mexxejja tal-UE jiltaqgħu fil-Kunsill Ewropew biex jiddiskutu għadd ta’ ħatriet importanti li jsiru għall-ogħla karigi fl-UE, kif ukoll ir-relazzjonijiet mar-Russja u s-sitwazzjoni f’Gaża.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?