Mogħdija tan-navigazzjoni

2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014

2012

Jannar

1

Guimarães (fil-Portugall) u Maribor (fis-Slovenja) huma l-"Ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura" għall-2012.

1

Id-Danimarka tieħu f'idejha l-presidenza li tinbidel kull sitt xhur tal-Kunsill tal-UE. L-erba' prijoritajiet tal-Presidenza huma Ewropa responsabbli, dinamika, ekoloġika u sikura.

1

Tibda s-Sena Ewropea għal Anzjanità Attiva u Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet: is-sena se tqajjem għarfien dwar kif jgħixu u jibqgħu f'saħħithom għal aktar żmien l-Ewropej – u l-opportunitajiet li dawn jippreżentawlhom.

17

Il-MPE jagħżlu lis-Soċjalista Ġermaniż Schulz bħala President tal-Parlament Ewropew.

22

Il-Kroati jivvutaw "iva" f'referendum dwar l-adeżjoni fl-UE, biex b'hekk ħejjew it-triq għal pajjiżhom biex isir it-28 membru tal-Unjoni Ewropea f'Lulju 2013.

30

Waqt samit informali tal-Kunsill Ewropew, jintlaħaq qbil bejn il-pajjiżi kollha tal-UE ħlief għar-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit, dwar trattat ġdid għall-istabbiltà, il-koordinazzjoni u l-governanza fl-ekonomija u l-unjoni monetarja. It-trattat għandu l-għan li tissaħħaħ id-dixxiplina fiskali permezz ta' sanzjonijiet awtomatiċi u ta' sorveljanza aktar stretta u, b'mod partikulari, ir-"regola ta' baġit ibbilanċjat".

Frar

2

Iffirmat trattat biex jinħoloq Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES). Ibbażata fil-Lussemburgu, din l-istituzzjoni għandha tappoġġa lill-pajjiżi taż-żona tal-ewro meta meħtieġ biex tkun issalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja.

14

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi huma ta' importanza fuq l-aġenda tas-samit f'Beijing bejn l-UE u ċ-Ċina.

21

Il-ministri tal-finanzi taż-żona tal-ewro jiftiehmu dwar it-termini ta' tieni programm biex il-futur tal-Greċja fiż-żona tal-ewro jkun sikur. L-arranġament jinkludi ftehim mal-kredituri tas-settur privat dwar id-djun Griegi u t-tisħiħ tas-sorveljanza.

Marzu

1

Il-Kunsill Ewropew jagħti l-istatus ta' kandidat lis-Serbja.

1-2

Il-Kunsill Ewropew jelieġi mill-ġdid lil Herman Van Rompuy bħala l-President tiegħu. Waqt din il-laqgħa, l-Istati Membri parteċipanti ffirmaw it-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-EMU.

29

Il-Parlament Ewropew adotta l-leġiżlazzjoni li tagħmel il-kummerċ ta' derivattivi bi ftehim reċiproku (OTC) aktar sikur u aktar trasparenti. Il-kummerċ tad-derivattivi hu b'mod wiesa' maħsub li kkontribwixxa għall-kriżi finanzjarja dinjija.

April

1

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issir realtà u tippermetti ċ-ċittadini jipproponu leġiżlazzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet speċifiċi għall-ewwel darba. Miljun ċittadin minn tal-inqas kwart tal-Istati Membri tal-UE jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposti għal atti legali f'oqsma li fihom għandha s-setgħa li tagħmel dan.

27

Il-Ministri tal-Ġustizzja jadottaw liġi ġdida li tiżgura li l-konvenuti jkollhom id-dritt għal informazzjoni waqt proċeduri kriminali f'pajjiżi oħra tal-UE. Ladarba tidħol fis-seħħ, il-persuni ssusspettati minn reat iridu jiġu infurmati dwar drittijiethom f'ilsien li jifhmu.

Mejju

18-19

Waqt laqgħa tal-G8 f'Camp David fl-Istati Uniti tal-Amerka, il-mexxejja tal-akbar tmien ekonomiji tad-dinja qablu li jagħtu spinta fl-irkupru ekonomiku u joħolqu l-fiduċja billi jirranġaw il-finanzi pubbliċi, filwaqt li fl-istess ħin jieħdu miżuri għat-tkattir tal-iżvilupp.

30

Bħala parti mis-"Semestru Ewropew", il-Kummissjoni adottat rakkomandazzjonijiet għall-kull wieħed mis-27 pajjiż tal-UE, bi gwida dwar il-baġits nazzjonali 2012-2013 u l-politiki ekonomiċi. Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika ta' kull pajjiż u jipprovdu pariri dwar l-istimulazzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Aktar tard jiġu adottati mill-Kunsill Ewropew.

30

Il-Kunsill jadotta regolament li jiżgura li min juża l-mowbajl ma jkollux iħallas prezzijiet eċċessivi biex jirrowmja meta jivvjaġġa fl-UE.

Ġunju

7

Il-Kunsill adotta regoli għall-UE sħiħa u b'hekk ħaffef il-proċeduri tas-suċċessjonijiet f'sitwazzjonijiet bejn il-fruntieri u għamilha aktar faċli u irħas għall-werrieta, il-legatarji u l-persuni intitolati għal ishma riservati jiksbu l-pussess tal-partijiet rispettivi tagħhom ta' proprjetà.

28-29

Waqt il-Kunsill Ewropew, il-mexxejja tal-UE ftehmu dwar miżuri biex jerġa' jkun hemm fiduċja fl-ekonomija, investew aktar fit-tkabbir u stabilixxew unjoni aktar qawwija. Il-"Patt għal Tkabbir u Impjiegi" għandu jċaqlaq €120 għall-investiment immedjat.

Lulju

1

Ċipru jieħu l-presidenza li tinbidel kull sitt xhur tal-Kunsill tal-UE u jwiegħed li jaħdem "Lejn Ewropa Aħjar".

4

Il-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA), jiġi miċħud bil-qawwi mill-Parlament Ewropew, wara li t-trattat propost ipprovoka ħafna dibattitu pubbliku dwar id-drittijiet ta' min juża l-internet. Din hija l-ewwel darba li l-Parlament uża s-setgħa mogħtija lilu bit-Trattat ta' Lisbona biex jirrifjuta ftehim kummerċjali internazzjonali.

Awissu

13

Jidħlu fis-seħħ regoli mtejba dwar il-ġbir u t-trattament tal-iskart elettroniku. Il-mira stipulata mid-direttiva tal-UE hi li sal-2016, 45% tat-tagħmir elettroniku mibjugħ, meta ma jkunx għad għandu użu, jinġabar għall-użu mill-ġdid possibbli. Miri oħra, aktar stretti, għandhom jidħlu fis-seħħ fl-2019.

Settembru

12

Il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso, matul id-diskors annwali tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, seħaq fuq direzzjoni ġdida u mod ġdid ta' ħsieb għall-Ewropa. Ippropona li l-UE għandha toqrob lejn li ssir federazzjoni ta' stati nazzjon.

Ottubru

4

Adottata liġi ġdida tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità. Id-direttiva tistabbilixxi drittijiet minimi għall-vittmi, kull fejn jinsabu fl-UE.

8

Daħal fis-seħħ il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (ESM). Din hi l-parti ċentrali tal-hekk imsejjaħ “firewall" li l-għan tiegħu hu li jiżgura l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-ewro.

18-19

Il-Kunsill Ewropew jiltaqa' biex jiddiskuti l-ekonomija u t-tkabbir ekonomiku, u jaqbel fil-prinċipju li titwaqqaf bażi komuni għas-superviżjoni tal-banek fiż-żona tal-ewro.

Novembru

28

Il-Kummissjoni tippubblika l-Istħarriġ Annwali tagħha dwar it-Tkabbir Ekonomiku 2012. Dan jagħti bidu għas-“Semestru Ewropew” li jsir ta’ kull sena dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, li jiżgura li l-pajjiżi tal-UE jallinjaw il-pjanijiet baġitarji u ekonomiċi tagħhom għat-tkabbir ekonomiku. Il-prijoritajiet jinkludu l-konsolidazzjoni fiskali u l-introduzzjoni mill-ġdid għas-self normali.

Diċembru

10

L-Unjoni Ewropea mogħtija l-Premju Nobel għall-Paċi 2012 f’ċerimonja f'Oslo. Il-premju jirrikonoxxi l-kontribut tal-UE matul sitt deċennji għall-promozzjoni tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

13

Fil-Kunsill Ewropew, il-mexxejja tal-UE jagħmlu l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni ta’ unjoni bankarja bid-deċiżjoni, fil-prinċipju, li jinħoloq "mekkaniżmu superviżorju uniku” (SSM), li jippermetti l-Bank Ċentrali Ewropew jissorvelja banek kbar fiż-żona tal-ewro b’mod dirett.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?