Mogħdija tan-navigazzjoni

2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014

2011

Jannar

1

L-Estonja tadotta l-ewro bħala l-munita tagħha, biex b'hekk issir is-17-il membru taż-żona ewro.

1

Turku (il-Finlandja) u Tallinn (l-Estonja) saru l-Kapitali Ewropej tal-Kultura 2011.

1

L-Ungerija tassumi l-Presidenza li tinbidel kull sitt xhur tal-Kunsill tal-UE. Il-programm tagħha jiffoka fuq erba' oqsma ta' prijorità: Tkabbir u impjiegi inklużivi; Politiki aktar qawwija tal-ikel, l-enerġija u l-ilma; Unjoni dħulija maċ-ċittadini; U politika tat-tkabbir u tal-viċinat.

1

Jibdew joperaw tliet awtoritajiet superviżorji finanzjarji Ewropej: l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u tas-Swieq

1

Tibda s-Sena Ewropea tal-Voluntarjat: sena li tenfasizza l-importanza tax-xogħol voluntarju u tħeġġeġ biex aktar nies jagħmlu differenza fis-soċjetà.

18

Jibda l-ewwel 'semestru Ewropew' – ċiklu ta' sitt xhur ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika bejn il-pajjiżi tal-UE li għandu l-għan jevita kriżijiet ekonomiċi bħal dik li kellna fl-2008-10.

Frar

4

Il-Kunsill Ewropew joffri l-appoġġ sħiħ tiegħu lit-tranżizzjoni paċifika għad-demokrazija mill-ġirien tiegħu fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran.

17

Il-Parlament Ewropew japprova riżoluzzjoni li tagħti l-appoġġ politiku u finanzjarju tal-UE għat-tranżizzjoni tad-demokrazija fl-Eġittu, reġa' tenna wkoll is-solidarjetà tiegħu għar-"Rivoluzzjoni Ġiżimina" fit-Tuniżija, filwaqt li kkundanna l-vjolenza li wasslet għal diversi mwiet.

Marzu

11

L-Unjoni Ewropea attivat il-Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili biex tikkoordina l-assistenza u r-respons ta' solidarjetà tal-UE wara t-terremot u t-tsunami qerredin fil-Ġappun.

17

Stqarrija konġunta minn Herman Van Rompuy, il-President tal-Kunsill Ewropew, u minn Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-UE, laqgħet b'sodisfazzjon ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex ma tkomplix it-tbatija tan-nies ċivili fil-Libja minħabba l-konflitt mal-gvern ta' Gaddafi.

25

Iffinalizzat pakkett komprensiv ta' miżuri biex tissaħħaħ l-ekonomija Ewropea fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa fi Brussell. Kien stabbilit il-Patt Euro Plus biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

April

7

Il-Parlament Ewropew jadotta riżoluzzjoni dwar ir-ripressjoni tal-protesti fil-Baħrajn, is-Sirja u l-Jemen. Din tikkundanna l-użu tal-vjolenza kontra dawk li jipprotestaw u tqanqal lill-awtoritajiet biex jisimgħu s-sejħiet tagħhom għal aktar libertà.

26

Il-25 anniversarju mill-aċċident tal-impjant tal-enerġija nukleari f'Chernobyl. L-UE żżomm l-impenn tagħha li ssaħħaħ is-sikurezza nukleari.

Mejju

25

Intlaħaq ftehim dwar Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropej ġdid, premju li se jiġbed l-attenzjoni fuq siti li jiċċelebraw l-istorja u l-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jipproponu siti kull sentejn: jista' jingħata ċ-ċertifikat lil sit wieħed f'kull pajjiż.

26

Ratko Mladić, issusspettat minn atti kriminali tal-gwerra u ġenoċidju, ġie arresata mill-awtoritajiet Serbi, biex b'hekk tneħħa ostaklu ieħor biex is-Serbja tkun tista' taċċedi għall-UE.

Ġunju

23

Il-Kummissjoni u l-Parlament nedew Reġistru għat-Trasparenza konġunt għal-lobbyists tal-UE u b'hekk għaqqdu r-reġstri separati li kellhom. Huwa pass kbir fit-titjib tat-trasparenza.

24

Il-Kunsill Ewropew jaqbel li n-negozjati għall-adezjoni mal-Kroazja għandhom jiġu konklużi sal-aħħar ta' Ġunju 2011, għalhekk il-Kroazja għandha ssir it-28 membru tal-UE fl-2013.

30

Il-Parlament Grieg jadotta pakkett ta' tnaqqis fl-ispiża u riformi strutturali biex inaqqas id-dejn tal-pajjiż u biex jagħmel l-ekonomija tiegħu iktar kompetittiva. L-UE tafferma mill-ġdid l-appoġġ u s-solidarjetà tagħha.

30

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi pjan ta' nefqa multiannwali – baġit tal-UE għall-2014-2020 - bil-għan li jagħti spinta lill-ekonomija.

Lulju

1

Il-Polonja tieħu f'idejha l-presidenza li tinbidel kull sitt xhur tal-Kunsill tal-UE. Il-programm tagħha jinkludi t-tkabbir ekonomiku, Ewropa aktar sigura, u relazzjonijiet eqreb mal-ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE.

11

Il-pajjiżi taż-żona tal-ewro jiffirmaw trattat li joħloq Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, li kapaċi jislef €500 biljun lill-pajjiżi taż-żona tal-ewro li jkunu fi kriżi.

15

Ippubblikati r-riżultati ta' sensiela ta' testijiet dwar l-istress tal-banek, li juru l-abbiltà tal-banek li jirreżistu reċessjoni ġdida. Madwar 83 bank minn 91 bank għaddew mit-test.

21

Il-mexxejja taż-żona tal-ewro jaqblu dwar miżuri ġodda ta' appoġġ lill-Greċja li jammontaw għal €109 biljun.

Awwissu

1

L-UE tadotta miżuri restrittivi kontra s-Sirja, bi tweġiba għar-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjonijiet favur id-demokrazija.

24

L-Unjoni Ewropea toffri assistenza umanitarja u finanzjarja lil-Libja demokratika wara l-waqgħa tar-reġim ta' Gaddafi.

Settembru

12

Il-perjodu ta' protezzjoni għad-drittijiet tal-irrekordjar tal-mużika hu estiż minn 50 għal 70 sena fl-UE bl-adozzjoni ta' direttiva tal-UE;

23

L-UE tipparteċipa għall-ewwel darba fid-dibattitu annwali ġenerali tan-NU. Il-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, jitkellem dwar ir-"responsabbiltà tal-komunità internazzjonali li tassisti" l-Libja fit-tranżizzjoni politika.

27

L-appoġġ ta' €350 tal-UE jitħabbar għal pajjiżi li fihom qed isseħħ bidla demokratika fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani.

28

Taxxa ġdida fuq it-tranżazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji hi proposta mill-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso matul id-diskors annwali tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni.

Ottubru

14

Il-Parlament Ewropew fi Brussell jiftaħ iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tiegħu – il-Parlamentarium. Firxa ta' għodda multimidja interattiva tagħti kemm lit-turisti kif ukoll lir-residenti lokali ħarsa mill-qrib lejn il-ħidmiet tal-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE.

21

L-illanċjar taż-żewġ satelliti Galileo jressaq aktar viċin lill-UE biex ikollha sistema ta' navigazzjoni bis-satellita tagħha. Galileo għandu jgħin fit-titjib tat-trasport, tas-servizzi tas-salvataġġ, tat-tranżazzjonijiet bankarji u tal-provvista tal-elettriku.

23

Il-Kunsill Ewropew jaqbel dwar għadd ta' miżuri biex jiġu żgurati t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

26

Samit tal-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet taż-żona tal-ewro jistabbilixxi strateġija komprensiva li tiżgura l-konsolidazzjoni fiskali, it-tkabbir ekonomiku, l-appoġġ lill-pajjiżi f'diffikultà, u governanza aktar qawwija taż-żona tal-ewro.

Novembru

1

Mario Draghi, l-eks Gvernatur tal-Bank Ċentrali tal-Italja, jinħatar President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

3-4

Il-mexxejja ta' 20 ekonomija avvanzati u emerġenti prinċipali jiltaqgħu fis-samit tal-G20 f'Cannes, Franza. Jaqblu dwar azzjoni determinata u kkoordinata għall-irkupru tal-ekonomija dinjija u għall-ħolqien tal-impjiegi u jieħdu passi dwar riforma finanzjarja.

8

Il-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji jadotta pakkett ta' sitt proposti leġiżlattivi li l-għan tagħhom hu li tissaħħaħ il-governanza ekonomika fl-UE. Dan jinkludi regoli għal immaniġġjar aktar responsabbli tal-banek.

11

Gvern ta' koalizzjoni ġdid jingħata l-mandat fil-Greċja, immexxi mill-Prim Ministru Lucas Papademos.

16

Jinbidel il-gvern fl-Italja. Il-Prim Ministru l-ġdid Mario Monti se jimplimenta riformi ekonomiċi drastiċi.

23

Il-Kummissjoni tippreżenta pakkett b'erba' partijiet ta' miżuri biex tapprofondixxi l-governanza ekonomika taż-żona tal-ewro u tal-UE: l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2012, li jistabbilixxi l-prijoritajiet ekonomiċi għas-sena d-dieħla; żewġ Regolamenti biex tiżdied is-sorveljanza ekonomika u baġitarja fiż-żona tal-ewro; u Green Paper dwar il-Bonds ta' Stabbiltà.

Diċembru

9

Fil-Kunsill Ewropew, 17-il membru taż-żona tal-ewro u diversi pajjiżi oħrajn tal-UE jaqblu li jipparteċipaw f'"kuntratt fiskali" u li jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom b'mod eqreb.

18

Il-mewt ta' Václav Havel, l-eks President Ċekoslovakk u Ċek, li ssielet għal-libertà taħt it-tmexxija Komunista. "Kien Ewropew ta' veru u difensur tad-demokrazija u tal-libertà matul ħajtu kollha. Isem Václav Havel jibqa' għal dejjem assoċjat mar-riunifikazzjoni tal-Ewropa u t-twessigħ tal-valuri tagħha lejn l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant," qal il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso.

19

Il-Liechtenstein jissieħeb maż-żona Schengen tal-UE li hi ħielsa mill-fruntieri.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?