Mogħdija tan-navigazzjoni

2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014

2010

Jannar

1

Spanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għar-raba' darba. Hija l-ewwel pajjiż li jokkupa l-presidenza taħt it-Trattat ta' Lisbona u s-'sistema ta' tliet presidenzi' li tara lil Spanja taħdem maż-żewġ pajjiżi li jmisshom ikunu fil-kariga, jiġifieri l-Belġju u l-Ungerija.

1

Iż-żona tar-Ruhr (Ġermanja), Pécs (Ungerija) u Istanbul (Turkija) jaqsmu flimkien it-titlu ta' Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2010.

11-19

Il-kumitati tal-Parlament Ewropew jagħmlu sensiela ta' seduti ta' smigħ mas-26 nominat għall-Kulleġġ ta' Kummissarji Ewropej li jmiss.

20

Is-Sur Nikiforos Diamandouros jiġi elett bħala Ombudsman Ewropew għat-tieni darba.

26

L-ammont offrut mill-UE għall-isforzi ta' għajnuna u riabilitazzjoni fil-Ħaiti jitla' għal €400 miljun, wara li l-pajjiż intlaqat minn terremot li laħaq 7.0 gradi fuq l-iskala Richter.

Frar

9

Il-Parlament Ewropew japprova l-Kummissjoni Barroso II: ir-riżultat huwa 488 vot favur, 137 vot kontra u 72 astensjoni.

11

F'laqgħa informali ġewwa Brussell, il-Kapijiet ta' Stat u tal-gvern jaqblu li jgħinu lill-gvern Grieg fl-isforzi tiegħu biex jilħaq il-miri tal-Programm ta' Stabilità għall-2010. Il-President Barroso jippreżenta l-prijoritajiet tiegħu għall-istrateġija EWROPA 2020, billi jispjega l-mod kif l-UE għandha toħroġ mill-kriżi filwaqt li tibni mudell ekonomiku ġdid.

Marzu

26

F'laqgħa tal-Kunsill Ewropew ġewwa Brussell, il-mexxejja tal-UE jadottaw il-miri ta' Ewropa 2020 u s-sittax-il pajjiż kollha taż-żona ewro jappoġġjaw pjan biex jgħin lill-Greċja tindirizza d-defiċit tagħha.

April

10

Il-President Pollakk Lech Kaczynski, il-mara tiegħu, u personalitajiet pubbliċi u militari oħra jmutu fi kraxx tal-ajru fi triqithom lejn Smolensk fir-Russja sabiex ifakkru s-sebgħin sena mill-massakru ta' Katyn.

Mejju

7

Il-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern fi ħdan iż-żona euro jaqblu fuq konsolidazzjoni fiskali iktar b’saħħitha, koordinament ekonomiku aktar b’saħħtu u sorveljanza baġitarja għad-difiża tal-ewro.

Ġunju

17

F’laqgħa tal-Kunsill tal-Ewropa fi Brussell, il-kapijiet tal-UE jadottaw strateġija ta’ 10 snin għal tkabbir intelliġenti, sostennibbli u inklussiv: Ewropa 2020. Jiddeċiedu wkoll li jiftħu negozjati ta’ adeżjoni mal-Islanda.

21

L-istituzzjonijiet tal-UE jilħqu ftehim politiku dwar l-istruttura tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u dwar il-mod kif dan għandu jaħdem.

Lulju

1

Il-Belġju jassumi l-Presidenza tiegħu tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal sitt xhur. Il-prijoritajiet, inkluż l-ekonomija u l-ambjent, tfasslu f’data aktar bikrija flimkien ma’ Spanja u l-Ungerija li jaqsmu l-perjodu ta’ 18-il xahar tal-presidenza rotazzjonali.

23

91 bank Ewropew iwettqu testijiet tal-istress sabiex jiġi vvalutat il-felħan tagħhom għal xokkijiet ekonomiċi. Kollha jgħaddu ħlief sebgħa.

Awwissu

18

L-UE tħabbar li pprovdiet total ta' €70 miljun bħala għajnuna lil dawk milqutin mill-għargħar reċenti kkawżat mill-monsun fil-Pakistan.

Settembru

29

L-UE tappoġġja l-popolazzjoni Roma fl-Ewropa billi ssemma' l-vuċi tagħha kontra kull tip ta' restrizzjoni għall-moviment ħieles taċ-ċittadini tal-UE.

Ottubru

20

Is-Sur Staffan Nilsson ġie elett bħala l-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għal terminu ta' sentejn u nofs.

29

Il-Kunsill Ewropew jiddiskuti t-tisħiħ taż-żona ewro u kif l-ekonomiji jistgħu jsiru iktar protetti kontra l-kriżijiet.

Novembru

12

Il-mexxejja tal-G20 fis-samit ta' Seoul jintrabtu ma' Pjan ta' Azzjoni konġunt biex jinkuraġġixxu tkabbir ekonomiku iktar bilanċjat fi ħdan l-ekonomija globali.

15

Aung San Suu Kyi, id-difensur tad-demokrazija, il-libertà u d-drittijiet tal-bniedem f'Burma/Myanmar, illiberata wara seba' snin taħt arrest domiċiljarju.

28

L-UE taqbel li tappoġġa l-ekonomija Irlandiża biex tgħin tissalvagwardja l-istabbiltà tal-ewro.

Diċembru

11

Il-konferenza dwar il-klima f'Cancún ittemm bl-iffirmar ta' ftehim komprensiv għal azzjoni dwar il-klima wara l-2012.

20

Il-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa (fil-bidu l-liġijiet tal-UE japplikaw biss fi wħud mill-pajjiżi tal-UE) tintuża għall-ewwel darba, peress li l-Kunsill Ewropew qabel dwar id-drittijiet ta' koppji internazzjonali li jgħixu fi ħdan l-UE biex jagħżlu liema regoli ta' liema pajjiż għandhom japplikaw jekk jiddeċiedu li jisseparaw.

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?