Mogħdija tan-navigazzjoni

Aktar espansjoni

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009

Fil-11 ta' Settembru 2001, ajruplani maħtufa jittajru fiż-żewġ torrijiet tal-World Trade Centre fi New York u fil-bini tal-Pentagon f'Washington. Imutu kważi 3000 persuna. Il-pajjiżi tal-UE jappoġġaw lill-Istati Uniti fil-ġlieda kontra t-terrur internazzjonali.

1 ta’ Jannar 2002

Jaslu l-karti u muniti tal-ewro. L-istampar u d-distribuzzjoni tagħhom fi 12-il pajjiż hi operazzjoni loġistika kbira. Huma involuti iktar minn 80 biljun munita. Il-karti huma l-istess għall-pajjiżi kollha. Il-muniti għandhom wiċċ komuni, li juri l-valur, filwaqt li fuq il-wiċċ l-ieħor hemm emblema nazzjonali. Kollha jiċċirkolaw b'mod liberu. Bilkemm nirrealizzaw li b'munita Finlandiża (jew ta' pajjiż ieħor) nistgħu nixtru biljett tal-karozza tal-linja f'Malta.

31 ta’ Marzu 2003

Bħala parti mill-politika barranija u ta' sigurtà komuni, l-UE tassumi t-tmexxija ta' operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi fil-Balkani, l-ewwel fl-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, imbagħad fil-Bożnja u Ħerzegovina. Fiż-żewġ każijiet, il-forzi mmexxija mill-UE jieħdu post l-unitajiet tan-NATO. Internament, l-UE tifthiem biex toħloq żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għaċ-ċittadini kollha sal-2010.

1 ta’ Mejju 2004

Tmien pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant - ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja - jingħaqdu fl-UE, biex sa fl-aħħar tispiċċa d-diviżjoni fl-Ewropa deċiża mill-Poteri l-Kbar 60 sena qabel f'Yalta. Ċipru u Malta jsiru membri wkoll.

Stati Membri Stati Membri: il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Lussembrugu,id-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju Unit, il-Greċja, Spanja, il-Portugall, l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja.

Stati Membri ĠoddaStati Membri Ġodda: ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

Pajjiżi KandidatiPajjiżi Kandidati: il-Bulgarija, ir-Rumanija u t-Turkija.

 Mappa - Stati membri tal-UE 2004 © Stefan Chabluk

Lista tal-istati membri kollha tal-UE u meta ssieħbu. DeutschEnglishfrançais

29 ta’ Ottubru 2004

Il-25 pajjiż tal-UE jiffirmaw Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea . Jitfassal biex jissimplifika l-proċess demokratiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ġestjoni f'UE b'25 pajjiż. Tinħoloq ukoll kariga ta' Ministru għall-Affarijiet Barranin Ewropew. Irid tjġi ratifikat minn 25 pajjiż qabel ma jidħol fis-seħħ. Meta ċ-ċittadini kemm fi Franza kif ukoll fil-Pajjiżi l-Baxxi vvutaw 'Le' għall-Kostituzzjoni fir-referenda fl-2005, il-mexxejja tal-UE jiddikjaraw "perjodu ta' riflessjoni".

 

Jidħol fis-seħħ il-Protokoll ta' Kyoto, trattat internazzjonali biex jillimita t-tisħin globali u jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra. L-UE tieħu t-tmexxija tal-isforzi biex tnaqqas l-impatt tat-tibdil fil-klima. L-Istati Uniti ma jieħdux sehem fil-protokoll.

Tkompli r-rivoluzzjoni fil-komunikazzjonijiet. Bosta skejjel u djar issa għandhom aċċess rapidu għall-Internet. Il-messaġġi u l-SMS huma l-mod favorit taż-żgħażagħ biex jibqgħu f'kuntatt ma' xulxin il-ħin kollu. L-iskrins wesgħin u ċatti tat-TV u d-DVDs iwittu t-triq għad-divertiment fid-dar.

1 ta’ Jannar 2007

Żewġ pajjiżi oħra mill-Ewropa tal-Lvant, il-Bulgarija u r-Rumanija, issa ngħaqu mal-UE, li jġib l-għadd ta' Stati Membri għal 27. Il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja u t-Turkija huma wkoll pajjiżi kandidati għal sħubija futura.

Stati Membri Stati Membri: il-Germanja , Franza , l-Italja , il-Pajjiżi l-Baxxi , il-Belġju , il-Lussemburgu , id-Danimarka , l-Irlanda , ir-Renju Unit , il-Greċja , Spanja , il-Portugall , l-Awstrija , il-Finlandja , l-Isvezja , ir-Repubblika Ċeka , Ċipru , l-Estonja , il-Latvja , il-Litwanja , l-Ungerija , Malta , il-Polonja , is-Slovenja u s-Slovakkja .

Stati Membri ĠoddaStati Membri Ġodda: il-Bulgarija u r-Rumanija.

Pajjiżi KandidatiPajjiżi Kandidati: il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja Deutsch (de) English (en) français (fr) u t-Turkija Deutsch (de) English (en) français (fr) .

Mappa - Stati membri tal-UE 2007 © Stefan Chabluk

Lista tal-istati membri kollha tal-UE u meta ssieħbu. DeutschEnglishfrançais

13 ta’ Diċembru 2007

Is-27 pajjiż tal-UE jiffirmaw it-Trattat ta' Liżbona, li jemenda t-Trattati ta' qabel. Tfassal biex jagħmel lill-UE iktar demokratika, effiċjenti u trasparenti, biex b'hekk tkun tista' tindirizza l-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli. It-Trattat ta’ Lisbona jiġi ratifikat mill-pajjiżi kollha tal-UE qabel jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009.

Settembru 2008

Kriżi finanzjarja maġġuri tolqot lill-ekonomija dinjija. Il-problemi jibdew bis-self b’ipoteka fl-Istati Uniti. Bosta banek Ewropej jesperjenzaw diffikultajiet huma wkoll. Il-kriżi twassal għal kooperazzjoni ekonomika eqreb bejn il-pajjiżi tal-UE.

2000 | 2001 | 2002 | 2003 | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | 2009

 Ara wkoll

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

IvaLE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?