Mogħdija tan-navigazzjoni
L-ewro ssir munita legali fis-Slovakkja.
Ir-Repubblika Ċeka tippresiedi għall-ewwel darba l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-prijoritajiet tal-Presidenza jinkludu l-ekonomija u l-enerġija.
Tibda s-sena Ewropea tal-kreattività u l-innovazzjoni. Matul is-sena, se jsiru konferenzi, proġetti u esibizzjonijiet madwar l-Ewropa sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa ta' soluzzjonijiet kreattivi għall-isfidi tal-lum.
Linz (Awstrija) u Vilnius (Litwanja) huma l-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2009.
L-Isvizzera tivvota sabiex testendi l-ftehim dwar il-moviment ħieles tal-persuni bejn l-UE u l-Isvizzera.
Il-membri Ewropej tal-grupp G20, li jirrappreżenta l-akbar ekonomiji dinjija, jiltaqgħu f'Berlin. Il-mexxejja jaqblu dwar il-ħtieġa ta' approċċ komuni sabiex tiġi miġġielda l-kriżi finanzjarja u terġa' tiddaħħal il-fiduċja fis-suq komuni.
Il-Grupp ta' esperti de Larosière jippreżenta rapport, mitlub mill-Kummissjoni Ewropea, li jirrakkomanda aktar superviżjoni finanzjarja sabiex tiġi evitata ripetizzjoni tal-kriżi finanzjarja.
Il-kapijiet ta' stat u tal-gvern jiltaqgħu b'mod informali biex jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-"pjan ta' rkupru ekonomiku".
Hillary Clinton, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, issir l-ogħla uffiċjal tal-Istati Uniti li żżur il-Parlament Ewropew wara Ronald Reagan fl-1985.
Kunsill Ewropew - il-mexxejja jiftiehmu fost l-oħrajn li jużaw €5 biljuni f'fondi mhux minfuqa tal-UE sabiex itejbu l-konnessjonijiet tal-enerġija u l-internet filwaqt li jżidu l-għajnuna tal-UE lill-pajjiżi f'diffikultajiet.
Is-Samit tal-G20 f'Londra jaqbel li jgħaddi €832 biljun lill-IMF u istituzzjonijiet oħra u li jagħmel ir-regoli dwar is-swieq finanzjarji aktar stretti.
Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti fi Praga fejn il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea u l-President Amerikan Barack Obama jiddiskutu l-kriżi finanzjarja u kwistjonijiet tas-sigurtà.
Il-ministri tas-saħħa tal-UE jiltaqgħu fil-Lussemburgu hekk kif jasal fl-Ewropa l-virus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1).
Samit speċjali tal-UE dwar ix-xogħol li sar ġewwa Praga bil-għan li jindirizza l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq l-impjiegi Ewropej.
Isiru l-elezzjonijiet Ewropej madwar l-EU kollha u jiġu eletti 736 MPE. Ir-rata totali ta' parteċipazzjoni kienet ta' 43.2%.
Is-Samit tal-UE fi Brussell jipprepara t-triq għat-tieni referendum dwar it-Trattat ta' Lisbona fl-Irlanda.
L-Isvezja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għat-tieni darba. Il-prijoritajiet tal-Presidenza huma l-irkupru ekonomiku u t-tibdil fil-klima.
Il-MPE Pollakk Jerzy Buzek jiġi elett President tal-Parlament Ewropew.
L-Islanda tapplika għas-sħubija fl-UE.
Grupp ta' osservaturi mill-Unjoni Ewropea jimmonitorja l-proċess tal-elezzjonijiet presidenzjali fl-Afganistan.
Il-Parlament Ewropew japprova n-nomina ta' José Manuel Barroso għal mandat ieħor ta' ħames snin bħala President tal-Kummissjoni Ewropea.
Laqgħa informali ġewwa Brussell tal-Kapijiet ta' Stat tal-UE bi preparazzjoni għas-Samit li jmiss tal-G20 f'Pittsburgh.
Samit tal-G20 f'Pittsburgh, Pennsylvania (Stati Uniti tal-Amerika). Il-mexxejja tal-akbar ekonomiji dinjija jiddiskutu t-tibdil fil-klima u l-irkupru ekonomiku sostenibbli.
F'referendum ieħor li sar, l-Irlanda tivvota "iva" għat-Trattat ta' Lisbona.
Il-Kunsill Ewropew jiddiskuti l-għajnuna finanzjarja biex tgħin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jiġġieldu t-tisħin globali u jipprepara għall-konferenza internazzjonali ta' Diċembru dwar it-tibdil fil-klima.
L-għoxrin anniversarju mill-Waqgħa tal-Ħajt ta' Berlin.
Samit bejn l-UE u r-Russja fi Stokkolma. Diskussjonijiet dwar ftehim ta' twissija bikrija biex jgħin sabiex jiġi indirizzat il-qtugħ li jista' jkun hemm fil-provvista tal-enerġija, ir-risposta għall-kriżi finanzjarja u ekonomika u t-tibdil fil-klima.
F'laqgħa tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy jinħatar l-ewwel President permanenti tal-Kunsill tal-UE u l-Kummissarju Ingliża għall-Kummerċ Catherine Ashton, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar is-Sigurtà.
Jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona.
F'laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret ġewwa Brussell, jiġi adottat il-'Programm ta' Stokkolma' għas-snin 2010-2014 li għandu l-għan li jkompli jiżviluppa l-libertà, il-ġustizzja u s-sigurtà.
Jiġi ffirmat il-Ftehim ta' Kopenħagen dwar il-Klima. Għalkemm huwa kkunsidrat bħala pass 'il quddiem lejn ftehim dinji ġejjieni, huwa m'għandu l-ebda setgħa vinkolanti. L-UE pproponiet li taqta' ulterjorment l-emissjonijiet tagħha ta' CO2 jekk pajjiżi oħra jikkommettu ruħhom li jagħmlu l-istess.
Is-Serbja tapplika għal sħubija fl-UE.